X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa April-Ġunju
“Xi kitbiet jgħidu li Ġesù ma mietx kif tgħid il-Bibbja imma li żżewweġ u kellu t-tfal. Ġieli smajt dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Huwa vitali li nkunu nafu l-verità. [Aqra Ġwanni 17:3.] Dan l-artiklu jagħti raġunijiet għala għandna nafdaw dak li tgħid il-Bibbja dwar Ġesù.” Uri l-artiklu li jibda minn paġna 26.
Stenbaħ! April-Ġunju
“F’dawn iż-żminijiet diffiċli, ħafna nies iħossu li qed jaħdmu żżejjed u li huma stressati ħafna. Ġieli ħassejtek hekk? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dan il-parir raġunevoli. [Aqra Ekkleżjasti 4:6.] Din ir-rivista tiddiskuti kif nistgħu nibbilanċjaw ix-xogħol, il-familja, u d-divertiment. Tagħti wkoll suġġerimenti lil dawk li qed ifittxu xi impjieg.”