Għanja 31
Żelu għad-Dar taʼ Jehovah
1. F’dar Jehovah Ġesù Kristu
Wera mħabba w żelu kbir.
Bħal nar jaqbad fil-ġewwieni
Kixef tal-ħżiena l-aġir.
Hu ġie jxandar salvazzjoni;
Verità tas-Saltna jġib.
Lil Missieru jiddefendi
U lin-ngħaġ tiegħu isib.
2. Id-dixxipli u l-appostli
Żelu wrew għal xogħ’l qalbien.
Bil-għajnuna tal-ispirtu
Kellhom żjieda kullimkien.
Mix-xandir ma żammewx lura:
Għand kulħadd marru bl-aħbar,
Juru fejn hi s-salvazzjoni
Bl-ippridkar minn dar għal dar.
3. U illum naraw lix-Xhieda
Juru żelu għax-xandir.
Xejn ma qed jaqtagħ’lhom qalbhom
F’din id-dinja taʼ taħsir.
Iqanqalhom hemm Jehovah;
Lilu jaqdu ferħanin
Bix-xandir tas-Saltna jkomplu
Dejjem b’żelu w qalbenin.