Għanja 138
O Imxi m’Alla!
1. O imxi m’Alla b’modestà,
B’qalb tajba, b’verità.
Lejn Alla żomm l-integrità,
Ħa jsaħħek f’unità.
Jekk int mal-verità żżomm sod,
Bla qatt min-nies tirt’għod,
Id f’id maʼ Alla int toqgħod
Miexi bil-mod il-mod.
2. O imxi m’Alla b’purità;
Terġax taqaʼ fid-dnub.
Imxi ’l quddiem b’maturità,
Kun minnu ferm maħbub.
U fuq dak kollu li hu pur,
Ġust, veru u sabiħ,
Fuq dawn il-ħwejjeġ aħseb mur.
Stabar u afda fih.
3. O imxi m’Alla b’fedeltà,
Għax hekk int tikseb żgur
Kuntentizza u sigurtà
Li huma taʼ valur.
O imxi m’Alla w kun ferħan
Tgħannilu tant tifħir.
U l-akbar ferħ jinkiseb b’dan:
Ħu seh’m f’xogħ’l taʼ xandir.