Avviżi
◼ Letteratura li għandha tintuża matul Frar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għal Ħajja Taʼ Dejjem. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa, The Watchtower u Awake! Għal territorju li jinħadem taʼ spiss, kwalunkwe librett (barra l-libretti Education u School) jistaʼ jintuża wkoll. NOTA: Kongregazzjonijiet li jużaw il-provisti kollha tagħhom taʼ Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja għandhom jakkwistaw iktar kopji mill-kongregazzjonijiet l-oħrajn.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrevedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi wħud qed isibu diffikultà biex jagħmlu s-sigħat meħtieġa, l-anzjani għandhom jieħdu ħsieb li tingħata għajnuna. Irrevedu l-punti f’paragrafi 12-20 taʼ l-insert fl-Our Kingdom Ministry t’Awissu taʼ l-1986.
◼ Iċ-ċelebrazzjoni tal-Mafkar se ssir nhar it-Tlieta, 2 t’April, 1996. Għalkemm it-taħdita tistaʼ tibda qabel, jekk jogħġobkom ftakru li t-tqassim tal-ħobż u l-inbid tal-Mafkar m’għandux jibda qabel inżul ix-xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta tinżel ix-xemx fl-inħawi tagħkom. L-ebda laqgħat m’għandhom isiru f’dik id-data ħlief dawk tas-servizz taʼ l-għalqa. Jekk il-kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-laqgħat nhar taʼ Tlieta, tistgħu forsi tagħmluhom f’ġurnata oħra tal-ġimgħa jekk is-Sala tas-Saltna tkun disponibbli.
◼ Il-pubblikaturi li jixtiequ jaqdu bħala pijunieri awżiljarji matul Marzu, April, u Mejju għandhom jippjanaw minn issa u jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom kmieni. Dan se jgħin lill-anzjani biex jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għas-servizz taʼ l-għalqa u jaraw li jkun hemm rivisti u letteratura oħra biżżejjed għall-bżonn.
◼ Għad baqaʼ l-bżonn taʼ ħafna għajnuna biex jitlesta l-bini tas-Sala tas-Saltna fil-Mosta u l-faċilitajiet taʼ magħha. Tistgħu tagħtu ftit mill-ħin tagħkom? Hemm qawl li jgħid: “Ħafna jdejn iħaffu x-xogħol.” Meta proġetti teokratiċi taʼ bini jitħallew f’idejn ftit aħwa, dan jistaʼ jkollu effett ħażin fuq l-ispiritwalità tagħhom. Tistgħu toffru li tgħinu, kemm bħala wħud tas-sengħa jew sempliċement bħala voluntieri li lesti għax-xogħol?