Nippreparaw Għal Attività Bir-Rivisti F’April
Bħalma huwa nnotat fil-kalendarju tagħna għall-1996, L-Ikla Taʼ Fil-Għaxija Tal-Mulej se tiġi ċċelebrata din is-sena fit-2 t’April. Inkuraġġiti b’din l-okkażjoni grandjuża, ħalli lkoll kemm aħna nieħdu sehem fit-tqassim tar-rivisti matul April. X’rivisti f’waqthom se nkunu qegħdin nużaw! The Watchtower taʼ l-1 t’April se jiffoka fuq it-taħdita pubblika tal-konvenzjoni distrettwali tas-sena li għaddiet, “Faħħar Lis-Sultan Taʼ L-Eternità!” Il-ħarġa tal-15 t’April taʼ The Watchtower se tkompli fuq it-tema tat-taħdita pubblika speċjali t’April li għadda, “It-Tmiem Tar-Reliġjon Falza Huwa Qrib.” It-taħdita speċjali taʼ din is-sena fil-21 t’April, “Nibqgħu Bla Tebgħa Fost Ġenerazzjoni Mgħawġa,” għandha tagħti spinta oħra. Se nkunu qegħdin noffru l-ħarġa tat-22 t’April taʼ l-Awake! fuq is-suġġett “When Wars Will Be No More” (“Meta L-Gwerer M’Humiex Se Jkunu Iktar”).
Biex inkomplu mal-kampanja tal-Kingdom News li saret f’April tas-sena l-oħra, April li ġej għandu jkun xahar ideali għat-tqassim tar-rivisti. Issa huwa ż-żmien li wieħed jippjana. Ħafna forsi jkunu jixtiequ jinkitbu bħala pijunieri awżiljarji. Skond ma jkun il-bżonn, għandhom jiġu ordnati kopji żejda tar-rivisti t’April. Jistgħu jsiru pjanijiet għal Ġranet Taʼ Tqassim Taʼ Rivisti, li fihom jieħu sehem kull min hu possibbli—fil-għodu, f’nofs in-nhar, u/jew fil-għaxija. Ħalli lkoll kemm aħna ‘nsiru dawk li jagħmlu l-kelma.’ Bħalma ġie mbassar dwar il-Messija f’Salm 69:9, jalla aħna wkoll inkunu nistgħu ngħidu: “Iż-żelu kollu kemm hu għal darek kielni.”—Ġak. 1:22; Ġwann 2:17.