LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/96 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Frar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Frar
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Sottitli
  • Ġimgħa Li Tibda 12 Taʼ Frar
  • Ġimgħa Li Tibda 19 Taʼ Frar
  • Ġimgħa Li Tibda 26 Taʼ Frar
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 2/96 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Frar

Ġimgħa Li Tibda 5 Taʼ Frar

Għanja 96

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna. Aħbarijiet Teokratiċi.

15 min: “Nipproklamaw Il-​Verità Kuljum Billi Nimitaw Lil Ġesù.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafu 5.

20 min: “Nuru Apprezzament Għal Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja.” Iddiskuti karatteristiċi imprezzabbli taʼ din il-​pubblikazzjoni. Stieden lill-​pubblikaturi biex jesprimu x’jogħġobhom personalment fil-​ktieb u jirrakkontaw xi esperjenzi li setgħu kellhom bil-​pubblikazzjoni.

Għanja 14 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 12 Taʼ Frar

Għanja 191

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

13 min: “Nippreparaw Għal Attività Bir-​Rivisti F’April.” Enfasizza l-​valur taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa u l-​Awake! f’li nħabbru l-​aħbar tajba. Aqra l-​artiklu biż-​żewġ paragrafi, u uri x’se tagħmel il-​kongregazzjoni lokali biex April ikun xahar speċjali għat-​tqassim tar-​rivisti.

22 min: “X’Nistaʼ Nagħmel Biex Xi Ħadd Jagħti Widen?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Agħżel żewġ pubblikaturi biex jiddiskutu kif se jipprovaw juru iktar kordjalità meta jkunu qegħdin jitkellmu fuq il-​bibien, billi jużaw ftit mis-​suġġerimenti mogħtijin fl-​iSchool Guidebook, paġni 165-7, paragrafi 10-21.

Għanja 133 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 19 Taʼ Frar

Għanja 72

10 min: Avviżi lokali.

15 min: “Ibbenefika Mill-​Iskola Tal-​Ministeru Teokratiku Għall-​1996​—It-​2 Parti.” Taħdita mill-​indokratur tal-​iskola. Isħaq fuq il-​ħtieġa li naqraw il-​Kelma t’Alla kuljum.

20 min: “Nagħmlu Użu Effettiv Minn Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi l-​preżentazzjonijiet issuġġeriti u agħmel turijiet fuqhom. Anzjan jiddiskuti maʼ żewġ jew tliet pubblikaturi l-​karatteristiċi taʼ Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja u kif dawn jistgħu jiġu enfasizzati. Offri suġġerimenti kif wieħed jistaʼ jiżviluppa l-​interess sal-​punt li jistaʼ jinbeda studju tal-​Bibbja.

Għanja 53 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 26 Taʼ Frar

Għanja 28

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Nippreparaw Preżentazzjonijiet Li Jattiraw. Grupp taʼ tliet jew erbaʼ pubblikaturi jiddiskutu l-​benefiċċji taʼ li jkollna preżentazzjonijiet minn dar għal dar li jittrattaw fuq xi ħaġa li hija taʼ interess lokali. Per eżempju, rapporti taʼ l-​aħbarijiet lokali dwar sforzi kurrenti biex jitjieb il-​livell tal-​ħajja; tendenzi li dejjem jikbru taʼ problemi fiż-​żwieġ, tfal delinkwenti, jew diffikultajiet biex jinstab xogħol; jew xi aħbarijiet li juru għala n-​nies qegħdin isiru iktar xettiċi dwar soluzzjonijiet mogħtijin minn politikanti u minn membri tal-​kleru. Semmu xi ġrajjiet kurrenti fil-​komunità tagħkom u ddiskutu kif jistgħu jiġu wżati biex jinbdew konversazzjonijiet.

20 min: Noffru l-​ktieb Tgħix Għal Dejjem matul Marzu. Indika xi ftit mill-​karatteristiċi interessanti tal-​ktieb li jistgħu jintużaw biex jinbdew konversazzjonijiet: (1) Iġbed l-​attenzjoni lejn l-​istampi li jolqtu l-​għajn, bħal dawk misjubin f’paġni 11-13, ­150-3, 156-7, 161-2. Stieden lill-​udjenza biex turi liema stampi tħobb tuża u għala. (2) Uri t-​titlu taʼ ċerti kapitli. Staqsi lill-​inkwilin liema kapitlu jinteressah b’mod partikulari. Iddiskuti xi punt jew tnejn minn dak il-​materjal speċifiku u ftiehem biex terġaʼ tmur ħalli tkompli tiddiskuti iktar fuq is-​suġġett. (3) Irreferi għal paġni ­150-3, u agħti suġġerimenti kif xi fatturi taʼ l-​aħħar jiem jistgħu jintużaw biex iqanqlu interess. (4) Enfasizza kif il-​ktieb huwa maħsub b’mod speċjali biex jiġu kondotti studji progressivi. Il-​materjal huwa faċli biex wieħed jifhmu, skritturi qawwijin huma ċċitati, u mistoqsijiet li jqanqlu l-​ħsieb jiffokaw fuq il-​punti prinċipali. Ħeġġeġ lil kulħadd biex joffri l-​ktieb bil-​għan li jinbdew studji.

Għanja 151 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja