Għanja 53
Iż-Żjieda tat-Teokrazija
1. Viva it-Teokrazija, l-ħin kollu!
Żjieda grandjuża issa qed naraw.
Nagħtuk Jehovah tifħir; Lilek ngħollu,
Waqt li nobduk, ferħanin inkantaw.
Ilu snin kbar kien hemm bidu ferm umli
Meta l-Feddej mexa fostna fuq l-art.
Il-fdal mal-folla kbira jqimu billi
Jagħtu tifħir lis-Sid li inti ħtart.
2. Kristu fit-tron tal-ħaqq qiegħed biex jaħkem;
Quddiemu l-ġnus issa jidhru qegħdin.
Sovranità t’Alla hu dejjem għallem;
Lill-ħżiena jeqred u jsalva t-tajbin.
Jagħti Pariri tant sbieħ lis-segwaċi,
Hu Missier tagħna u Alla Setgħan;
Hu taʼ Jehovah il-Prinċep tal-Paċi,
Għax dejjem hu jwettaq t’Alla il-għan.
3. O x’favur kbir lilna issa qed jagħti!
Tqanqal il-qalb din iż-żjieda li hemm.
Ġarrab il-ferħ li hu kbir meta tagħti;
Fix-xogħ’l taʼ għoti taʼ xiehda ħu seh’m.
Bil-kuraġġ wissi lin-nies, anki l-ħżiena;
Għid lil kulħadd Armageddon hi qrib.
Sa dan it-tant maʼ kulħadd uri ħniena
Billi tippriedka lil kulmin is-sib.