LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/96 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 4/96 p. 7

Avviżi

◼ Letteratura li għandha tintuża matul April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa, The Watchtower u Awake! Għal territorju li jinħadem taʼ spiss, jistaʼ jintuża wkoll kwalunkwe browxer. Ġunju: L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Lulju u Awissu: Kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna.

◼ Fejn huwa prattiku, hekk kif jiżdiedu s-​sigħat tad-​dawl tal-​ġurnata, l-​anzjani għandhom jagħmlu arranġamenti biex il-​kongregazzjoni tqattaʼ iktar ħin fl-​għoti taʼ xiehda fil-​għaxija.

◼ Fiż-​żmien xieraq il-​lapel kards tal-​konvenzjoni distrettwali għall-​1996 bl-​Ingliż u bil-​Malti se jiġu inklużi awtomatikament mal-​letteratura mibgħuta bil-​baħar. Mhux se jkun hemm għalfejn jintalbu dawn. Ibbażat fuq kemm tkun kbira kull kongregazzjoni, il-​kards se jintbagħtu f’pakketti taʼ 25. Jekk xi kongregazzjoni jkollha bżonn iktar lapel kards, dawn għandhom jintalbu fuq il-​Litera­ture Request Form (S(d)-14). Huwa neċessarju li jintalbu l-​kavers tal-​plastik għal kull min ikun jixtieqhom fil-​kongregazzjoni.

◼ Qiegħed isir tibdil fil-​proċedura taʼ meta jinbidlu l-​Pioneer Service Identification Cards. Mil-​lum ’il quddiem, il-​bdil taʼ kards għal pijunieri li jmorru joqogħdu x’imkien ieħor, ibiddlu isimhom, jitilfu l-​kard tagħhom, jew jitolbu bidla fl-​inkarigu se jiġu pprovduti mis-​Soċjetà. Kwalunkwe kards vojta li s-​segretarju għad baqagħlu merfugħin għandhom jitneħħew. Tibdiliet fl-​isem u fl-​inikarigi se jiġu ttrattati bħas-​soltu, billi s-​segretarju jniżżel l-​informazzjoni xierqa fuq wara tar-​Rapport tal-​Kongregazzjoni (S-1) għal dak ix-​xahar. Wara dan, is-​Soċjetà tibgħat lill-​kongregazzjoni l-​kards il-​ġodda għall-​pijunieri. Dawn ġeneralment jaslu maʼ l-​istqarrija tal-​kontijiet taʼ kull xahar. Kwalunkwe tibdiliet għandhom jintbagħtu dritt lis-​Soċjetà sabiex il-​kotba tagħna jkunu eżatti u aġġornati. Ukoll, meta pijunier jieqaf jagħmel servizz bħal dan, jew jiġi mneħħi, kopja tal-​formola S-​206 għandha timtela u tintbagħat lis-​Soċjetà mingħajr dewmien.

◼ Il-​mistoqsijiet kollha relatati mad-​dati u l-​postijiet tal-​konvenzjonijiet distrettwali f’pajjiżi oħrajn għandhom jiġu diretti lejn uffiċċji rispettivi tal-​fergħat. L-​indirizzi taʼ l-​uffiċċji tal-​fergħat madwar id-​dinja jinstabu fl-​aħħar paġna tal-​Yearbook.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja