LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/96 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—Is-Sebaʼ Parti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • L-​Awtorità li Għandhom l-​Anzjani fil-​Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 4/96 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’inhu l-​użu xieraq tat-​termini “ħu” u “oħt”?

Meta wżati fis-​sens litterali, it-​termini “ħu” u “oħt” jirreferu għal individwi li għandhom l-​istess ġenituri. Din ir-​relazzjoni naturali ġeneralment toħloq ġibda kordjali, u r-​rabta mill-​qrib li dawn l-​individwi jesperjenzaw hija msaħħa iktar b’rabtiet soċjali, ambjentali, u emozzjonali.

Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu biex jindirizzaw lil Jehovah fit-​talb bħala “Missierna.” L-​użu taʼ dik l-​espressjoni timplika li, bħala Kristjani, aħna lkoll parti minn ċirku taʼ familja magħquda fejn ingawdu relazzjoni spiritwali għanja. Dan ġie enfasizzat iktar minn Ġesù meta qal lis-​segwaċi tiegħu li “intom ilkoll aħwa.”​—Matt. 6:9; 23:8.

Minħabba r-​rabtiet spiritwali mill-​qrib tagħna ġewwa l-​familja t’Alla, aħna nindirizzaw wieħed lill-​ieħor bħala “Ħuna” u “Oħtna,” partikolarment fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Matul dawn l-​okkażjonijiet spiritwali, dak li jkun qiegħed jippresiedi l-​laqgħa jirrikonoxxi individwi mgħammdin billi juża l-​espressjoni “ħuna” jew “oħtna” segwit mill-​kunjom taʼ dak li jkun qiegħed jiġi indirizzat.

Xi ngħidu jekk persuna mhux mgħammda tixtieq tieħu sehem fil-​laqgħat? Meta individwu jkun ilu assoċjat man-​nies taʼ Jehovah għal xi żmien u qiegħed joqrob id-​dedikazzjoni, billi jikkunsidra lilu nnifsu bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah, ma jkun hemm l-​ebda oġġezzjoni jekk qabel il-​kunjom jintqalu l-​kelmiet “Ħuna” jew “Oħtna.” Dan ikun speċjalment veru jekk l-​individwu jkun sar pubblikatur mhux mgħammed.

Mill-banda l-​oħra, persuni interessati li għadhom kemm bdew jattendu l-​laqgħat tagħna għadhom ma ħadux il-​passi li jkunu jidentifikawhom bħala parti mill-​familja t’Alla. Dawn l-​individwi ma jiġux indirizzati bħala “Ħuna” jew “Oħtna,” peress li r-​relazzjoni spiritwali tal-​familja t’Alla ma teżistix fil-​każ tagħhom. Mela matul il-​laqgħat, aħna nindirizzawhom formalment, billi nużaw titlu bħal “Sur” maʼ kunjomhom.

Il-fatt li nużaw l-​espressjonijiet “ħu” u “oħt” fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni tagħna jindika għaqda li hija ħafna iktar mill-​qrib u ħafna iktar prezzjuża milli kieku nużaw l-​ewwel isem. Dan ifakkarna fir-​relazzjoni mbierka ħafna li ngawdu bħala familja spiritwali taħt il-​Missier wieħed, Alla Jehovah. Niġu mfakkrin ukoll dwar l-​imħabba profonda u l-​affezzjoni li għandna lejn xulxin.​—Ef. 2:19; 1 Piet. 3:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja