Laqgħat tas-Servizz għal Ġunju
NOTA: L-iskeda taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna se jkollha Laqgħa Tas-Servizz għal kull ġimgħa matul is-sajf. Il-kongregazzjonijiet jistgħu jagħmlu xi tibdil skond il-bżonn biex jagħmlu tajjeb għal meta nattendu l-Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera Tal-Paċi Divina” u mbagħad għal reviżjoni taʼ 30 minuta tal-punti prinċipali fil-programm fil-Laqgħa Tas-Servizz tal-ġimgħa taʼ wara. L-inkarigu għar-reviżjoni taʼ kull ġurnata tal-programm fil-konvenzjoni distrettwali għandu jingħata bil-quddiem lil tnejn jew tliet aħwa kkwalifikati li jkunu kapaċi jiffokaw fuq punti li jispikkaw. Din ir-reviżjoni ppreparata sewwa se tgħin lill-kongregazzjoni biex tiftakar il-punti prinċipali ħalli tapplikahom personalment u għall-użu fl-għalqa. Kummenti mill-udjenza u rakkontar taʼ esperjenzi għandhom ikunu fil-qosor u għall-punt.
Ġimgħa Li Tibda 3 Taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna. Ikkummenta dwar ir-rapport taʼ kull xahar tas-servizz taʼ l-għalqa, kemm taʼ Malta kollha u kemm tal-kongregazzjoni lokali.
15 min: “Imitaw Il-Fidi Tagħhom.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi l-evidenzi taʼ fidi, mgħoddijin fil-kaxxa f’paġna 11 taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa, tal-15 taʼ Marzu, 1992 (w91 9/15, p. 13). Intervista wieħed jew żewġ pubblikaturi biex issir taf x’għenhom ħalli jibqgħu regulari fl-attività tas-Saltna għal ħafna snin.
20 min: “Inxerrdu L-Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem.” (Paragrafi 1-3) Kopri paragrafu 1. (Inkludi kummenti minn It-Torri Taʼ L-Għassa, taʼ l-1 taʼ Frar, 1996, paġni 7-8, paragrafi 11-12 [w96 1/15, p. 12-13, par. 11-12].) Spjega kif is-sura ġdida tal-paġna taʼ wara taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna hija maħsuba biex tgħinna nkunu ppreparati aħjar meta nerġgħu mmorru wara l-ewwel żjara. Peress li taʼ spiss huwa għaqli li ż-żjara lura ssir fi żmien ġurnata jew tnejn, minflok ma jgħaddi iktar żmien, se nikkunsidraw il-preżentazzjonijiet issuġġeriti kemm għaż-żjara minn dar għal dar u kemm meta nerġgħu mmorru, fl-istess Laqgħa Tas-Servizz. Irrevedi fil-qosor paragrafi 2 u 3, segwiti minn turija għal kull wieħed. L-ewwel preżentazzjoni għandha tinkludi kummenti qosra taʼ kif tistaʼ ssir donazzjoni għax-xogħol madwar id-dinja. Il-bqija tal-preżentazzjonijiet fl-artiklu se jiġu mgħoddijin fiż-żewġ Laqgħat Tas-Servizz li jmiss.
Għanja 143 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 10 Taʼ Ġunju
7 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
8 min: Inħarrġu T-Tfal Fis-Servizz Taʼ L-Għalqa. Taħdita minn anzjan. Minn età żgħira, uliedna għandhom ikunu attivi magħna fis-servizz. It-taħriġ u l-esperjenza li jiksbu se jipprovdu bażi soda għall-fidi u ż-żelu tagħhom fis-snin taʼ wara. Huwa importanti li japprezzaw il-bżonn taʼ li jieħdu l-ministeru bis-serjetà u jġibu ruħhom kif jixraq. It-tfal iridu jevitaw dak il-ħafna agħjat; is-servizz m’huwiex ħin għal-logħob. L-aħjar huwa li jaħdmu maʼ l-adulti. Għandhom jiġu mgħejjunin biex jieħdu sehem f’li jagħmlu preżentazzjonijiet skond l-abbiltajiet tagħhom. (Ara It-Torri Taʼ L-Għassa, taʼ l-1 taʼ Novembru, 1988, paġna 10, paragrafu 20 [w88 8/1, p. 15, par. 20].) Il-ġenituri huma responsabbli li jipprovdu indokrar; m’għandhomx jibagħtu lit-tfal għal-laqgħat tas-servizz mingħajr ma jkun hemm xi ħadd akbar biex jieħu ħsiebhom. Faħħar lit-tfal meta jmorru tajjeb.
10 min: “Inxerrdu L-Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem.” (Paragrafi 4-5) Wara introduzzjoni qasira, agħmel turijiet taʼ l-ewwel żjara u taż-żjara taʼ wara tal-preżentazzjonijiet f’paragrafi 4 u 5. Ħeġġeġ lill-pubblikaturi biex jerġgħu jmorru lura fil-pront fejn ikunu ħallew il-ktieb Għarfien.
20 min: “Kif Nagħmlu Dixxipli Bil-Ktieb Għarfien.” Fil-bidu agħmel xi kummenti qosra fuq paragrafi 1-2. Għaddi paragrafi 3-11 bil-mistoqsijiet u tweġibiet. Spjega kif il-bqija taʼ l-artiklu se jiġi kkunsidrat fil-Laqgħat Tas-Servizz f’Lulju u f’Awissu. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jerfgħuh.
Għanja 92 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 17 Taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Kaxxa Għall-Mistoqsija.
15 min: “Konversazzjonijiet Kordjali Jistgħu Jilħqu L-Qalb.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Stieden wieħed jew żewġ pubblikaturi biex jirrakkontaw xi esperjenzi inkuraġġanti li juru kif kisbu riżultat tajjeb permezz taʼ introduzzjoni kordjali.
20 min: “Inxerrdu L-Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem.” (Paragrafi 6-7) Enfasizza l-miri f’li nagħmlu żjara lura: Ikkultiva interess, ibda studju, agħmel arranġamenti speċifiċi biex terġaʼ tmur. Wara li tirrevedi fil-qosor il-preżentazzjonijiet f’paragrafi 6 u 7, agħmel turija fuq kull waħda, billi turi kif jinbeda studju. Aqra paragrafu 17 f’paġni 8-9, f’It-Torri Taʼ L-Għassa, taʼ l-1 taʼ Frar, 1996 (w96 1/15, p. 14, par. 17).
Għanja 211 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 24 Taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Semmi l-arranġamenti għas-servizz taʼ l-għalqa.
15 min: Bżonnijiet lokali. (Jew agħti taħdita fuq “Handling the Word of the Truth Aright,” ibbażata fuq The Watchtower, taʼ l-1 taʼ Jannar, 1996, f’paġni 29-31.)
20 min: “Għinhom Biex Jerġgħu Jaqdu.” Taħdita u diskussjoni minn anzjan. Issuġġerixxi li jiġi wżat l-artiklu f’The Watchtower, taʼ l-1 t’Awissu, 1992, “Return To Me, and I Will Return to You” biex jiġu inkuraġġiti wħud inattivi. Semmi xi ftit mill-punti prinċipali.
Għanja 71 u talba taʼ l-għeluq.