Laqgħat tas-Servizz għal Lulju
Ġimgħa Li Tibda 1 Taʼ Lulju
12 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna. Ikkummenta fuq ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu, kemm tal-pajjiż u kemm tal-kongregazzjoni lokali.
15 min: “Inwettqu L-Wegħda Tagħna Jum Wara L-Ieħor.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi kummenti mill-Insight, it-2 Volum, paġna 1162, paragrafi 6-7, billi turi kif wegħda hija obbligu serju.
18 min: “Imita Lil Jehovah Billi Turi Tħassib Ġenwin Lejn Oħrajn.” (Paragrafi 1-3) Uża l-ewwel paragrafu biex tiżviluppa t-tema taʼ l-artiklu. Iddetermina liema brochures li bħalissa hemm provista tagħhom fil-kongregazzjoni jistgħu jiġu milqugħin tajjeb fit-territorju tiegħek. Imbagħad irrevedi paragrafi 2-3 biss, u uri kif jistgħu jsiru l-ewwel żjara u ż-żjara lura bil-brochure Veru Li Alla Jimpurtah Minna? Spjega kif il-pubblikaturi jistgħu jsawru l-preżentazzjoni tagħhom stess għal xi brochure ieħor li jkun xieraq għat-territorju lokali. Inkludi suġġerimenti dwar meta u kif wieħed isemmi li bil-qalb kollha naċċettaw donazzjonijiet għax-xogħol taʼ madwar id-dinja.
Għanja 112 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 8 Taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: “Imita Lil Jehovah Billi Turi Tħassib Ġenwin Lejn Oħrajn.” (Paragrafi 4-5) Iddiskuti biss paragrafi 4-5 u xi punti prinċipali mill-brochure Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Imbagħad offri turija fuq il-preżentazzjonijiet issuġġeriti għall-ewwel żjara u għaż-żjara lura.
20 min: “Hemm Bżonn Taʼ Iktar Aħwa Rġiel Fis-Servizz Taʼ Pijunier.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Skond ma jippermetti l-ħin, irrevedi s-suġġerimenti fuq kif wieħed jieħu ħsieb taʼ bżonnijiet finanzjarji, kif diskuss fil-Watchtower, tal-15 taʼ Settembru, 1993, paġni 28-31.
Għanja 16 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 15 Taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali.
20 min: “Ipprovajt Int L-Għoti Taʼ Xiehda Fil-Għaxija?” Taħdita bil-parteċipazzjoni taʼ l-udjenza u xi intervisti. Semmi x’ġie osservat lokalment meta nħadem it-territorju iktar tard fil-ġurnata. Inkludi esperjenzi li juru riżultati pożittivi permezz taʼ l-għoti taʼ xiehda fil-għaxija. Għid x’inhi l-iskeda lokali taʼ kull ġimgħa tal-laqgħat għas-servizz.
15 min: “Imita Lil Jehovah Billi Turi Tħassib Ġenwin Lejn Oħrajn.” (Paragrafi 6-8) Uża l-aħħar paragrafu taʼ l-artiklu biex tħeġġeġ lil kulħadd ħalli jagħmel iż-żjajjar lura fil-pront maʼ dawk li nkunu ħallejnielhom il-brochures. Billi tuża paragrafi 6-7, uri kif noffru l-brochure L-Iskop Tal-Ħajja fuq l-ewwel żjara u kif nibdew studju tal-Bibbja fl-ewwel kapitlu tal-ktieb Għarfien fuq iż-żjara lura. Fakkar lill-pubblikaturi li jistgħu jsawru l-preżentazzjonijiet tagħhom stess għal brochures oħrajn, billi jsegwu l-mudell tal-preżentazzjonijiet issuġġeriti f’Il-Ministeru Tas-Saltna.
Għanja 64 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 22 Taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Irrevedi fil-qosor l-aħħar ħarġiet tar-rivisti, fil-waqt li tiġbed l-attenzjoni lejn punti prinċipali interessanti li jistgħu jiġu wżati meta nippreżentawhom minn bieb għal bieb.
15 min: Aħdem Lejn Il-Mira Taʼ Servizz Full-Time. Diskussjoni bejn anzjan u wieħed jew żewġ żgħażagħ, ibbażata fuq il-Watchtower tal-15 taʼ Diċembru, 1988, paġni 25-7. Iż-żgħażagħ qegħdin jipprovaw jiddeċiedu lejn liema miri se jirsistu wara li jispiċċaw mill-iskola. Huma juru interess lejn vantaġġi materjali offruti minn karrieri dinjin. L-anzjan jiġbed l-attenzjoni lejn raġunijiet tajbin għala jkun ħafna aħjar li wieħed jimmira għas-servizz taʼ pijunier. Iż-żgħażagħ jaqblu imma jitħassbu dwar jekk huwiex possibbli li jkunu pijunieri u jipprovdu materjalment għalihom infushom. L-anzjan jaqsam magħhom esperjenzi mill-artiklu tal-Watchtower, billi juri li s-servizz taʼ pijunier huwa mira raġonevoli u li tistaʼ tinkiseb u li ġġib ferħ lil ħafna. Id-diskussjoni tintemm billi ż-żgħażagħ jesprimu l-apprezzament lejn il-kummenti taʼ l-anzjan u d-determinazzjoni tagħhom li jaħsbu bis-serjetà dwar li jaħdmu lejn il-mira taʼ li jkollhom sehem sħiħ fis-servizz tas-Saltna.
20 min: “Kif Nagħmlu Dixxipli Bil-Ktieb Għarfien.” Taħdita li tkopri paragrafi 12-16 taʼ l-insert taʼ Ġunju 1996. Inkludi żewġ turijiet taʼ studju tal-Bibbja waqt li jkun għaddej. L-ewwel waħda turi kif tħarreġ lill-istudent ħalli jipprepara l-lezzjoni billi jimmarka jew jagħmel linja taħt il-kliem u frażijiet prinċipali li jwieġbu bl-iktar mod dirett il-mistoqsijiet imniżżlin. It-tieni waħda turi x’tistaʼ tgħid biex tħeġġeġ lill-istudent tal-Bibbja ħalli jattendi l-Laqgħa Pubblika u l-Istudju taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa.
Għanja 116 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 29 Taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Irrevedi “Programm Ġdid Għall-Assemblea Tas-Circuit.”
20 min: X’Hemm Bżonn Biex Wieħed Jikseb Studju Tal-Bibbja? Anzjan imexxi diskussjoni bejn tnejn jew tlieta li kellhom suċċess fix-xogħol taʼ li jikkonduċu studju tal-Bibbja, billi jirrevedu modi kif inkunu iktar taʼ suċċess f’li nibdew studji: (1) Itlob għall-għajnuna taʼ Jehovah. (2) Ħu sehem regolarment f’diversi aspetti tal-ministeru biex issib uħud li juru interess. (3) Ħu nota taʼ kull interess, u agħmel żjajjar lura fil-pront. (4) Dejjem offri studju fejn jintwera l-interess. (Ara s-sottitlu “Getting Bible Studies Started,” fil-Watchtower tal-15 taʼ Frar, 1996, f’paġna 20.) (5) Ibni l-fiduċja fl-abbiltà tiegħek li tgħallem billi tuża l-erbaʼ suġġerimenti mniżżlin fit-Torri Taʼ L-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru, 1984, paġni 16-20 (w84 8/1, p. 13-17).
15 min: Bżonnijiet lokali. Jew anzjan jagħti taħdita fuq “Comfort and Encouragement—Gems of Many Facets,” mill-Watchtower tal-15 taʼ Jannar, 1996, paġni 21-3.
Għanja 165 u talba taʼ l-għeluq.