LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/96 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 9/96 p. 7

Avviżi

◼ Offerta tal-​letteratura għal Settembru: Life​—How Did It Get Here? By Evolution or by Creation? [bl-Ingliż] Kongregazzjonijiet li għandhom provista taʼ Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art jistgħu joffru dan il-​ktieb. Ottubru: Kopji individwali kemm taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa bil-​Malti u bl-​Ingliż u kemm taʼ l-​Awake! Novembru: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali sabiex immorru lura kulfejn inkunu ħallejna dan il-​ktieb, bil-​ħsieb li jinbdew studji tal-​Bibbja fid-​dar. Diċembru: New World Translation mal-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.

◼ L-​indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jeżamina l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-​data. Għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni meta dan ikun seħħ.

◼ Pubblikaturi li qegħdin jippjanaw biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’Ottubru għandhom jitfgħu applikazzjoni kmieni. Dan se jippermetti lill-​anzjani biex jagħmlu l-​arranġamenti meħtiġin għar-​rivisti, għal-​letteratura, u għat-​territorju.

◼ L-​anzjani huma mfakkrin biex jagħmlu kif juru l-​istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 21-3 tal-​Watchtower tal-​15 t’April, 1991, rigward persuni maqtugħin mis-​sħubija jew diżassoċjati li jistgħu jkunu inklinati lejn li jerġgħu jiġu aċċettati.

◼ Mill-​ħarġa li jmiss t’Ottubru-Diċembru 1996, l-​Awake! se jiġi stampat kull tliet xhur bil-​Ġeorġjan.

◼ Minn Jannar taʼ l-​1997, l-​edizzjoni taʼ l-​Awake! bil-​Marati se tibda toħroġ kull xahar.

◼ L-​istampar darbtejn fix-​xahar tal-​Watchtower bil-​Ġeorġjan se jibda f’Jannar taʼ l-​1997.

◼ Il-​Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera Tal-​Paċi Divina”

Il-konvenzjoni distrettwali għal Malta se terġaʼ ssir fiċ-​Ċentru Għall-​Konferenzi tal-​Lukanda New Dolmen, fil-​Qawra, matul il-​perijodu tat-​12 sal-​14 taʼ Settembru. Huwa ttamat li d-​drama se tiġi ppreżentata kemm bil-​Malti u kemm bl-​Ingliż sabiex kulħadd ikun ­jistaʼ jikseb il-​benefiċċju massimu ­mill-informazzjoni mill-​aqwa. Jekk tippermettulna nixtiequ nissuġġerixxu li, qabel ma tattendu l-​konvenzjoni, bħala familji, terġgħu taqraw l-​insert taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Mejju taʼ l-​1996 u tagħtu kas b’mod partikulari lejn siltiet li japplikaw għal Malta. B’dan il-​mod tingħata xiehda mill-​aqwa, kemm lil dawk li jattendu u kemm lill-​ħaddiema u l-​mistednin tal-​lukanda.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja