LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/96 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Agħmel Ħiltek fil-Qari
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Wieħed Ikun Naturali
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Taħdita Mogħtija b’Mod Fluwenti
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Tħejji l-Inkarigi Bħala Student fl-Iskola
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 9/96 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’għandna nżommu f’moħħna rigward il-​qari tal-​paragrafi fil-​laqgħat?

Ħafna mill-​ħin imwarrab għall-​Istudju tat-​Torri Taʼ L-​Għassa u għall-​Istudju tal-​Ktieb fil-​Kongregazzjoni huwa wżat għall-​qari tal-​paragrafi. Dan ifisser li l-​ħu inkarigat bħala qarrej iġorr responsabbiltà kbira bħala għalliem. Hu jrid jaqra b’tali mod li ‘jagħti tifsira’ lill-​materjal sabiex dawk li jagħtu widen mhux biss ikunu jistgħu jifhmuh imma jiġu wkoll imqanqlin għall-​azzjoni. (Neħ. 8:8) B’hekk, il-​qarrej jeħtieġ li jipprepara sew għall-​inkarigu tiegħu. (1 Tim. 4:​13; ara s-​sitt studju fl-​­iSchool Guidebook.) Hawnhekk hawn xi ftit bżonnijiet għal qari pubbliku bis-​sens.

Uża Sense Stress Xieraq: Iddetermina minn qabel liema kliem jew frażijiet għandhom bżonn jiġu enfasizzati biex jagħtu l-​fehma korretta.

Ippronunzja L-​Kliem Sew: Pronunzja tajba u tlissin ċar huma neċessarji jekk l-​udjenza trid tifhem espressjonijiet li jidhru fil-​pubblikazzjoni. Fittex kliem li ma tantx int midħla tiegħu jew li ma tantx jintuża fid-​dizzjunarju, jew ismaʼ l-​cassettes tas-​Soċjetà.

Tkellem Bil-​Volum u Bl-​Entużjażmu: Li titkellem b’mod li tinstemaʼ u bl-​entużjażmu joħloq l-​interess, iqanqal l-​emozzjonijiet, u jimmotiva lis-​semmiegħ.

Kun Kordjali u Konversazzjonali: Li wieħed ikun naturali jiġi f’li jkun fluwenti. Bil-​preparazzjoni u l-​prattika, il-​qarrej jistaʼ jkun rilassat, u r-​riżultat ikun wieħed li jappella minflok monotonu u tedjanti.​—Ħab. 2:2.

Aqra L-​Materjal Kif Stampat: Noti taʼ taħt kif ukoll xi informazzjoni fil-​parentesi jew fil-​brackets jiġu normalment moqrijin jekk jiċċaraw it-​test stampat. L-​uniċi eċċezzjonijiet huma xi referenzi li sempliċement jidentifikaw is-​sors tal-​materjal. Għandha tinqara nota taʼ taħt li hi msemmija fil-​paragrafu, billi qabilha tgħid: “In-​nota taʼ taħt tgħid . . . ” Wara li taqraha, sempliċement kompli bil-​bqija tal-​paragrafu.

Meta l-​qari pubbliku jsir sew, dan huwa wieħed mill-​modi vitali li bih nistgħu ‘ngħallmu lil oħrajn biex josservaw l-​affarijiet kollha kkmandati’ mill-​Għalliem il-​Kbir tagħna.​—Matt.28:20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja