Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ X’għandna nżommu f’moħħna meta niktbu ittri lil inkwilini li ma rnexxilniex insibuhom id-dar?
Għal diversi raġunijiet, qegħdin insibuha dejjem iktar diffiċli biex nikkuntattjaw lin-nies meta nżuru d-djar tagħhom. Xi pubblikaturi sabu li l-kitba taʼ l-ittri hija mod prattiku biex jikkuntattjawhom. Fil-waqt li dan jistaʼ jkollu xi riżultati tajbin, hemm bżonn li jiġu kkunsidrati xi tfakkiriet li jistgħu jgħinuna nevitaw xi diffikultajiet:
Tużax l-indirizz tas-Soċjetà. Dan ikun jindika b’mod żbaljat li l-korrispondenza ġiet mibgħuta mill-uffiċċji tagħna, u b’hekk jinħolqu problemi żejda u xi kultant iktar spejjeż.
Kun ċert li għandek l-indirizz korrett u biżżejjed bolli.
Tindirizzax l-ittri lill-“Okkupant”; uża isem speċifiku.
Tħallix ittri fil-bieb meta ma jkun hemm ħadd fid-dar.
Ittri qosra huma l-aħjar. Poġġi xi fuljett jew rivista minflok ma tipprova tikteb messaġġ twil.
Ittri ttajpjati huma iktar faċli biex jinqraw u joħolqu impressjoni iktar favorevoli.
L-ittri ma jitniżżlux bħala żjajjar lura sakemm ma tkunx tajt xiehda personalment lil dak l-individwu xi darb’oħra.
Jekk qiegħed tikteb lil xi ħadd li qabel kien wera interess, għandek tipprovdi indirizz jew numru tat-telefon sabiex tkun tistaʼ tiġi kkuntattjat. Spjega l-programm tagħna taʼ studju mill-Bibbja.
Agħmel stedina għal-laqgħat tal-kongregazzjoni lokali. Agħti l-indirizz u l-ħinijiet tal-laqgħat.
Tkomplix tibgħat ittri lil dawk li ma sibthomx fid-dar wara li tirritorna t-territorju; il-pubblikatur li fil-mument għandu dak it-territorju hu responsabbli biex jaħdmu.