LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/96 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Novembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Novembru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Sottitli
  • Ġimgħa Li Tibda 4 taʼ Novembru
  • Ġimgħa Li Tibda 11 taʼ Novembru
  • Ġimgħa Li Tibda 18 taʼ Novembru
  • Ġimgħa Li Tibda 25 taʼ Novembru
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 11/96 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Novembru

Ġimgħa Li Tibda 4 taʼ Novembru

Għanja 29

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna. Ikkummenta fuq ir-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Lulju, kemm tal-​pajjiż u kemm tal-​kongregazzjoni lokali.

15 min: “Qiegħed Int Timmaniġġa L-​Kelma T’Alla Sewwa?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi kummenti fuq “Reasons for considering the Bible,” mill-​ktieb Reasoning, paġni 58-60.

20 min: “Dan Ifisser Il-​Ħajja Taʼ Dejjem.” (Paragrafi 1-5) Wara xi kummenti qosra tal-​ftuħ fuq paragrafu 1, ħejji żewġ pubblikaturi kapaċi biex jagħmlu turija tal-​preżentazzjonijiet f’paragrafi 2-5. Enfasizza l-​mira li nibdew studju tal-​Bibbja.

Għanja 128 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 11 taʼ Novembru

Għanja 40

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

20 min: Għala Nagħtu Lil Jehovah? Diskussjoni bejn żewġ anzjani, billi jenfasizzaw punti prinċipali mill-​artiklu f’paġni 28-31 taʼ The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Novembru, 1996. Jew l-​informazzjoni tistaʼ tiġi ppreżentata f’taħdita minn anzjan.

15 min: “Dan Ifisser Il-​Ħajja Taʼ Dejjem.” (Paragrafi 6-8) Iddiskuti l-​vantaġġi taʼ li nużaw metodu dirett biex nibdew studji. Ħejji pubblikaturi bl-​esperjenza biex juru l-​preżentazzjonijiet li hemm f’paragrafi 6-7. Stieden lill-​udjenza biex jirrakkontaw xi każ fejn inbeda studju fuq l-​ewwel żjara. Meta ġie offrut studju b’mod dirett, wieħed raġel wieġeb: “Iva. Idħlu ġewwa. Nixtieq li jkolli studju.” L-​istudju nbeda miegħu, il-​ġimgħa taʼ wara l-​familja kollha ngħaqdet miegħu, u fi żmien qasir ilkoll kienu qegħdin jattendu l-​laqgħat u jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​għoti taʼ xiehda. Ħeġġeġ lil kulħadd biex iġib miegħu l-​kopja tiegħu taʼ l-​insert taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996 għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla.

Għanja 129 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 18 taʼ Novembru

Għanja 140

10 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-​arranġamenti għas-​servizz taʼ l-​għalqa.

15 min: “Għandna Inkarigu.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Ikkummenta fil-​qosor fuq paragrafi 13-16 tat-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 t’April, 1988, paġni 18-9 (w88 1/1, pġi. 28-9).

20 min: Nikkonduċu Studji Tal-​Bibbja Progressivi. Taħdita mill-​indokratur tas-​servizz. Ilna nużaw il-​ktieb Għarfien fix-​xogħol taʼ l-​istudji mill-​Bibbja għal iktar minn sena. X’aktarx li xi studenti diġà lestewh, fil-​waqt li oħrajn imxew ġmielu fil-​ktieb. Aħna ġejna mħeġġin biex nikkonċentraw fuq li nikkonduċu studji maħsubin biex jgħinu lil uħud ġodda jitgħallmu l-​verità malajr, japplikawha f’ħajjithom, u jsiru parti mill-​kongregazzjoni. L-​insert taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996 ipprovdiet suġġerimenti mill-​aqwa biex tgħinna nkunu effettivi bħala għalliema. Għaddi fil-​qosor xi ftit mill-​affarijiet li nistgħu nagħmlu biex ngħallmu lill-​istudenti bis-​sengħa, kif diskuss f’paragrafi 3-13 taʼ dik l-​insert. Imbagħad, ikkonċentra fuq dak li hemm bżonn isir biex ngħinuhom jieħdu waqfa pożittiva, kif muri f’paragrafi 14-22. Aqra paragrafi 15, 17, 20-1. Irrevedi xi rapporti pożittivi li juru kif inkisbu riżultati tajbin minn pubblikaturi lokali. Ħeġġeġ lil iktar uħud biex jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ studji mill-​Bibbja.

Għanja 85 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 25 taʼ Novembru

Għanja 46

5 min: Avviżi lokali.

15 min: “Aqsam M’Oħrajn Skond Il-​Ħtiġijiet Tagħhom.” Taħdita minn anzjan.

10 min: Kaxxa Għall-​Mistoqsija. Iddiskuti maʼ l-​udjenza.

15 min: Irrevedi l-​Offerta tal-​Letteratura għal Diċembru. Se noffru n-​New World Translation flimkien mal-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Billi tuża paġni 327-31 fil-​ktieb “All Scripture,” uri s-​superjorità tan-​New World Translation: Hi tappoġġja u teżalta l-​isem divin (paragrafi 1-2); il-​mod aħjar kif tpoġġi l-​kliem jagħmel il-​qari jiftiehem iktar (paragrafu 6); hija għodda qawwija għall-​użu fil-​ministeru (paragrafi 22-3). Spjega u ħejji turija qasira, billi tuża l-​ħsibijiet li hemm f’paġna 56 tal-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Kulfejn jintwera xi interess, għandhom isiru arranġamenti definiti biex issir żjara lura.

Għanja 180 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja