LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/96 p. 1
  • Għandna Inkarigu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandna Inkarigu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • “Morru u Agħmlu Dixxipli”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • “Ippridkaw il-Kelma”!
    Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Ġeħova Kif Jgħinna fix-Xogħol tal-Ippritkar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Min Qed Jipprietka l-Aħbar Tajba?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 11/96 p. 1

Għandna Inkarigu

1 Ġesù kkmanda lis-​segwaċi tiegħu biex ‘jagħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha.’ (Matt. 28:19) F’232 pajjiż u gruppi taʼ gżejjer madwar l-​art, ’il fuq minn ħames miljuni li jfaħħru lil Alla Jehovah jipprovdu testimonjanza ħajja għat-​twettiq tal-​kmand taʼ Ġesù. Imma xi ngħidu għalina personalment? Nieħdu aħna bis-​serjetà l-​inkarigu taʼ li nippridkaw?

2 Obbligu Morali: Inkarigu huwa “kmand biex wieħed jagħmel atti ordnati minn xi ħadd.” Aħna ninsabu ordnati minn Kristu biex nippridkaw. (Atti 10:42) L-​appostlu Pawlu rrealizza li dan tafaʼ fuqu bżonn, jew obbligu morali, li jiddikjara l-​aħbar tajba. (1 Kor. 9:16) Biex nagħtu eżempju: Immaġina li int wieħed mill-​ekwipaġġ fuq vapur li qiegħed jegħreq. Il-​kaptan jordnalek biex twissi lill-​passiġġieri u tidderiġihom lejn id-​dgħajjes taʼ salvataġġ. Se tinjora int dak il-​kmand u tikkonċentra biss biex issalva lilek innifsek? Dażgur li le. Oħrajn jiddependu minnek. Il-​ħajjiet tagħhom huma fil-​periklu. Int obbligat moralment li twettaq l-​inkarigu tiegħek biex tgħinhom.

3 Aħna ġejna inkarigati b’mod divin biex nagħtu twissija. Jehovah dalwaqt se jġib tmiem għal din is-​sistema mill-​agħar t’affarijiet kollha kemm hi. Miljuni taʼ ħajjiet jinsabu fin-​nofs. Ikun sew jekk aħna ninjoraw il-​periklu li jiffaċċjaw oħrajn u nkunu kkonċernati biss f’li nsalvaw lilna nfusna? Dażgur li le. Aħna obbligati moralment li ngħinu f’li nsalvaw il-​ħajjiet t’oħrajn.​—1 Tim. 4:16.

4 Eżempji Leali Li Wieħed Għandu Jsegwi: Il-​profeta Eżekjel ħass ir-​responsabbiltà li jagħti messaġġ taʼ twissija lill-​Israeliti żleali. Jehovah wissieh b’enfasi bil-​konsegwenzi jekk hu kien se jonqos milli jwettaq l-​inkarigu tiegħu: “Meta ngħid lil xi ħadd mill-​agħar, ‘Int żgur se tmut,’ u int attwalment ma twissihx . . . , billi hu mill-​agħar, fl-​iżball tiegħu hu se jmut, imma demmu se nitolbu lura minn idek stess.” (Eżek. 3:18) Eżekjel wettaq bil-​lealtà l-​inkarigu tiegħu saħansitra taħt oppożizzjoni ħarxa. Għalhekk, hu setaʼ jifraħ meta l-​ġudizzji taʼ Jehovah ġew imwettqin.

5 Sekli wara, l-​appostlu Pawlu kiteb dwar ir-​responsabbiltà tiegħu li jippriedka. Hu ddikjara: “Jien nadif mid-​demm tal-​bnedmin kollha, għax jien ma żammejtx lura milli ngħidilkom il-​parir kollu t’Alla.” Pawlu ppriedka pubblikament u minn dar għal dar għaliex irrealizza li jekk jonqos li jagħmel hekk hu setaʼ jkun ħati taʼ demm quddiem Alla.​—Atti 20:​20, 26, 27.

6 Għandna aħna ż-​żelu t’Eżekjel? Inħossuna mġagħlin li nippridkaw bħalma ħassu Pawlu? L-​inkarigu tagħna huwa l-​istess bħalma kien tagħhom. Irridu nkomplu nwettqu r-​responsabbiltà tagħna li nwissu lil oħrajn, minkejja l-​apatija, l-​indifferenza, jew l-​oppożizzjoni tagħhom. Eluf oħrajn għad jistgħu jwieġbu għall-​messaġġ tas-​Saltna u jiddikjaraw: “Aħna se mmorru magħkom, għax smajna li Alla qiegħed magħkom.” (Żakk. 8:23) Jalla l-​imħabba tagħna lejn Alla u lejn għajrna tqanqalna biex ma naqtgħux qalbna. Għandna inkarigu biex nippridkaw!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja