Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Frar: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Marzu: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa u Stenbaħ! bil-Malti u bl-Ingliż. Għal servizz matul il-ġimgħa u f’territorju li jinħadem spiss, jistaʼ jintuża l-brochure il-ġdid, Alla X’Jirrikjedi Minna?
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrevedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi wħud qegħdin isibu diffikultà biex jagħmlu s-sigħat meħtiġin, l-anzjani għandhom jieħdu ħsieb li tingħata għajnuna. Għal xi suġġerimenti, irrevedu l-ittri tas-Soċjetà (S-201) taʼ l-1 t’Ottubru, 1993, u taʼ l-1 taʼ Novembru, 1992. Araw ukoll paragrafi 12-20 taʼ l-insert taʼ l-Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986.
◼ Il-pubblikaturi li jixtiequ jaqdu bħala pijunieri awżiljarji matul Marzu, April, u Mejju għandhom jippjanaw minn issa u jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom kmieni. Dan se jgħin lill-anzjani biex jagħmlu l-arranġamenti meħtiġin għas-servizz taʼ l-għalqa u jaraw li jkun hemm rivisti u letteratura oħra biżżejjed għall-bżonn. L-ismijiet taʼ dawk kollha li jiġu approvati bħala pijunieri awżiljarji għandhom jitħabbru fil-kongregazzjoni.
KONVENZJONI DISTRETTWALI 1997
Għandna pjaċir ninformawkom li saru arranġamenti sabiex il-konvenzjoni distrettwali 1997 issir fiċ-Ċentru għall-Konferenzi tal-Lukanda New Dolmen mit-12 sa l-14 taʼ Settembru.