LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/97 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Preparat Int għal Diżastru Naturali?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kif Tistaʼ Tgħin Wara Diżastru
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Għin lil Oħrajn Jissaportu Matul Żmien Diffiċli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Il-qima lil Ġeħova tinkludi li ngħinu lil oħrajn
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 2/97 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’għandu jsir meta jseħħ diżastru li jeffettwa direttament lil ħutna?

Jekk Iseħħ Diżastru Fl-​Inħawi Fejn Toqgħod: Titlifx rasek. Ibqaʼ kalm, u ikkonċentra fuq dak li hu verament taʼ valur​—il-​ħajja, u mhux x’tippossiedi. Ħu ħsieb il-​bżonnijiet fiżiċi immedjati tal-​familja tiegħek. Imbagħad għarraf lill-​anzjani biċ-​ċirkostanzi tagħkom u fejn tinsabu fil-​preżent.

L-anzjani u l-​qaddejja ministerjali għandhom irwol kruċjali f’li jipprovdu għajnuna. Jekk tingħata twissija bil-​quddiem taʼ xi diżastru, bħalma jiġri f’xi maltempati kbar, dawn l-​aħwa għandhom ikunu ċerti li kulħadd qiegħed f’post ’il bogħod mill-​periklu u, jekk jippermetti l-​ħin, għandhom jiksbu u jqassmu xi provisti li jkunu meħtiġin.

Wara dan, dawk li jikkonduċu l-​istudju tal-​ktieb għandhom jagħmlu kuntatt maʼ kull familja u jiċċekkjaw li kollox sew. L-​indokratur li jippresiedi jew xi anzjan ieħor għandu jiġi mgħarraf bis-​sitwazzjoni taʼ kull familja, anki jekk kollox hu sew. Jekk xi ħadd weġġaʼ, l-​anzjani għandhom jipprovaw jirranġaw għal kura medika. Għandhom jipprovdu wkoll xi affarijiet materjali bħal ikel, ilbies, kenn, jew xi provisti tad-​dar li jkun hemm bżonn. (Ġwn. 13:35; Gal. 6:​10) L-​anzjani lokali għandhom jagħtu appoġġ spiritwali u emozzjonali lill-​kongregazzjoni u għandhom jirranġaw kemm jistaʼ jkun malajr biex jerġgħu jibdew il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Wara li ssir stima bir-​reqqa, wieħed mill-​anzjani għandu jikkuntattja lill-​indokratur tas-​circuit f’isem il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani biex jinformah b’xi korrimenti, b’xi ħsara lis-​Sala tas-​Saltna, jew ħsara lid-​djar taʼ l-​aħwa, kif ukoll b’xi bżonnijiet speċjali. L-​indokratur tas-​circuit għandu mbagħad iċempel lill-​uffiċċju tal-​fergħa b’rapport dwar is-​sitwazzjoni. L-​uffiċċju tal-​fergħa mbagħad jirranġa għal miżuri t’għajnuna fuq skala kbira skond ma jkun hemm bżonn.

Jekk Iseħħ Diżastru X’Imkien Ieħor: Ftakar fl-​aħwa rġiel u nisa fit-​talb tiegħek. (2 Kor. 1:​8-11) Jekk tixtieq tipprovdi għajnuna monetarja, tistaʼ tibgħat id-​donazzjonijiet tiegħek lis-​Soċjetà, fejn jitwarrab fond għall-​għajnuna għal dan l-​għan. L-​indirizz huwa: Watch Tower, The Ridgeway, London NW7 1RN. (Atti 2:​44, 45; 1 Kor. 16:​1-3; 2 Kor. 9:​5-7; ara l-​Watch­tower taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 1985, paġni 20-2.) Tibgħatx xi affarijiet jew provisti fejn seħħ id-​diżastru sakemm dan m’huwiex mitlub b’mod speċifiku mill-​aħwa inkarigati. Dan se jassigura li jkun hemm sforz biex tingħata l-​għajnuna bl-​ordni u tqassim kif jixraq t’affarijiet. (1 Kor. 14:40) Jekk jogħġobkom iċċemplux lis-​Soċjetà għalxejn, għax dan jistaʼ jimblokka l-​linji tat-​telefon li jkunu meħtiġin biex isir kuntatt maʼ l-​inħawi fejn seħħ id-​diżastru.

Wara li jsir stħarriġ adegwat, is-​Soċjetà tiddetermina jekk għandux jiġi fformat kumitat għall-​għajnuna. Se jiġu informati l-​aħwa rġiel responsabbli. Kulħadd għandu jikkopera maʼ l-​anzjani li jkunu qegħdin jieħdu t-​tmexxija sabiex jintlaħqu b’mod adegwat il-​bżonnijiet kritiċi taʼ l-​aħwa kollha.​—Ara Jehovah’s Witnesses​—Pro­claimers of God’s Kingdom, paġni 310-​15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja