GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif Tistaʼ Tgħin Wara Diżastru
Illum il-ġurnata, id-diżastri naturali qed isiru iktar taʼ spiss. Meta jsir diżastru, l-għajnuna trid tkun organizzata sew u jrid ikun hemm komunikazzjoni tajba. Għalhekk, il-Ġemgħa li Tiggverna organizzat biex f’kull fergħa jkun hemm Dipartiment għall-Għajnuna fid-Diżastri.
Meta l-aħwa fid-dipartiment isiru jafu li ġara xi diżastru, mill-ewwel jikkuntattjaw lill-anzjani tal-post biex isiru jafu x’għajnuna għandhom bżonn l-aħwa. Jekk il-ħsara tkun kbira ħafna li l-aħwa fil-post ma jistgħux jieħdu ħsiebha waħedhom, il-fergħa tagħżel aħwa kwalifikati biex jieħdu ħsieb ix-xogħol. Dawn l-aħwa forsi jsaqsu għal volontieri jew affarijiet partikolari, jew jixtru u jqassmu affarijiet li jkun hemm bżonn.
Hemm ħafna vantaġġi meta l-affarijiet isiru b’dan il-mod. Meta l-aħwa jipprovaw jgħinu waħedhom mingħajr ma jirċievu ebda direzzjoni, se jsir xogħol doppju, se joħloq konfużjoni, u se jinħlew il-flus u l-affarijiet.
L-aħwa magħżulin mill-fergħa jaraw kemm hemm bżonn flus u volontiera biex jgħinu. Huma jistgħu wkoll jitkellmu maʼ nies mid-dipartimenti tal-gvern biex jgħinuna nagħmlu x-xogħol tagħna iżjed malajr. Għalhekk, m’għandux ikun hemm min jiġbor flus, jibgħat affarijiet, u jmur fil-post fejn seħħ id-diżastru jekk ma saqsewhx biex jagħmel dan.
Imma meta jseħħ diżastru, aħna nixtiequ ngħinu. (Eb 13:16) Aħna nħobbuhom lil ħutna! Allura kif nistgħu ngħinuhom? L-iżjed importanti hu li nitolbu għal dawk li ġew affettwati mid-diżastru u għal dawk li qed jgħinuhom. Nistgħu nagħtu wkoll flus għax-xogħol taʼ madwar id-dinja. Taħt id-direzzjoni tal-Ġemgħa li Tiggverna, il-fergħat huma fl-aħjar pożizzjoni biex jaraw l-aħjar mod kif jistgħu jgħinu bil-flus li nagħtu. U nistgħu nuru li nixtiequ ngħinu b’mod personali billi nimlew il-Local Design/Construction Volunteer Application (DC-50).
ARA L-VIDJOW GĦARGĦAR TAL-BIŻAʼ FIL-BRAŻIL, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:
X’impressjonak l-iżjed mill-għajnuna li taw ix-Xhieda taʼ Ġeħova wara l-għargħar fil-Brażil fl-2020?