LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/05 p. 3
  • Kif Nistgħu Ngħinu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistgħu Ngħinu?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jagħtu Għajnuna Meta Jkun Hemm Xi Diżastru?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • “Għotja lil Ġeħova”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Il-qima lil Ġeħova tinkludi li ngħinu lil oħrajn
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Kif Tistaʼ Tgħin Wara Diżastru
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 11/05 p. 3

Kif Nistgħu Ngħinu?

1 Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova spiss iqajmu l-​mistoqsija “Kif nistgħu ngħinu?” meta jisimgħu li seħħ xi diżastru f’xi parti tad-​dinja. Bħalma juri r-​rakkont f’​Atti 11:​27-30, il-​Kristjani fl-​ewwel seklu pprovdew għajnuna lill-​aħwa li kienu jgħixu fil-​Lhudija minħabba l-​ġuħ li kien hemm.

2 Fiż-​żminijiet moderni, ir-​regolamenti legali taʼ l-​organizzazzjoni tagħna ppermettew li l-​flus jintużaw għal attivitajiet taʼ karità u biex tiġi provduta għajnuna umanitarja lil dawk li jbatu minħabba diżastri naturali jew kaġunati mill-​bniedem u jgħinu wkoll fi żminijiet oħra taʼ bżonn.

3 Per eżempju, is-​sena l-​oħra ħafna aħwa kkontribwew biex jgħinu lil dawk li ġew effettwati mid-​diżastru tat-​tsunami fl-​Asja t’Isfel. Ġie apprezzat ferm il-​mod kif dawn irreaġixxew minn qalbhom billi bagħtu donazzjonijiet lill-​fondi taʼ l-​organizzazzjoni biex tagħti l-​għajnuna. Madankollu, meta d-​donazzjonijiet jingħataw speċifikament għal ċertu diżastru, f’xi pajjiżi l-​liġi titlob li l-​fondi jintużaw biss kif ikun speċifikat minn min ikun tahom u jridu jintużaw f’ċertu perijodu taʼ żmien, anki jekk l-​aħwa jkunu rċivew biżżejjed għajnuna lokalment.

4 Għalhekk, huwa rikkmandat li d-​donazzjonijiet għall-​għajnuna umanitarja u fid-​diżastri jingħataw għax-​xogħol madwar id-​dinja. Dan il-​fond jintuża kemm għall-​għajnuna fid-​diżastri kif ukoll għall-​avanz tal-​bżonnijiet spiritwali tal-​fratellanza Kristjana. Jekk, għal xi raġuni, il-​persuna tixtieq tagħti għajnuna permezz taʼ donazzjoni apparti mill-​kontribuzzjonijiet għax-​xogħol madwar id-​dinja, din se tkun aċċettata xorta waħda u se tintuża kulfejn ikun hemm il-​bżonn t’għajnuna f’xi diżastru. Però, se jkun apprezzat jekk dawn id-​donazzjonijiet isiru mingħajr restrizzjonijiet dwar fejn u kif jistgħu jintużaw il-​fondi.

5 Meta aħna nagħtu d-​donazzjonijiet tagħna primarjament għax-​xogħol madwar id-​dinja, ikun hemm iktar fondi disponibbli biex jintużaw b’konnessjoni maʼ l-​aspetti kollha tax-​xogħol tas-​Saltna minflok ma jinżammu biss għall-​għajnuna f’xi diżastru li jistaʼ jinqalaʼ fil-​futur. Dan hu fi qbil mal-​ħsieb t’​Efesin 4:​16, li aħna naħdmu flimkien sabiex nagħtu dak li hemm bżonn “għat-​tkabbir tal-​ġisem biex jibni lilu nnifsu fl-​imħabba.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja