LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/97 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 3/97 p. 7

Avviżi

◼ L-​offerta tal-​letteratura għal Marzu: Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa u Stenbaħ!, kemm bil-​Malti u kemm bl-​Ingliż. Għal servizz matul il-​ġimgħa u f’territorju li jinħadem taʼ spiss, jistaʼ jintuża l-​brochure Alla X’Jirrikjedi Minna? Ġunju: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentra biex tipprova tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar.

◼ L-​indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jagħmel rendikont tal-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Marzu jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-​data. Għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni meta dan ikun seħħ.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tal-​Mafkar taʼ din is-​sena se tiġi ppreżentata fil-​biċċa l-​kbira tal-​kongregazzjonijiet nhar il-​Ħadd, 6 t’April. It-​taħdita jisimha “Żomm Ruħek Nadif Mit-​Tniġġis Tad-​Dinja.” Ilkoll kemm aħna għandna nattendu, u għandna ngħinu lil uħud li wrew interess u li ġew għall-​Mafkar biex ikunu preżenti għat-​taħdita. Żgur li dak li se nisimgħu se jġagħalna nġeddu d-​determinazzjoni biex nogħġbu ’l Alla.

◼ Sabiex nieħdu dak kollu li nistgħu mill-​istudji tal-​kongregazzjoni fil-​ktieb L-​Aqwa Bniedem, jekk jogħġobkom ikkunsidraw il-​gwidi eċċellenti li dehru f’paġna 1 taʼ l-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1992. L-​artiklu jispjega kif nippreparaw kull lezzjoni u liema formât għandu jsegwi l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni. Dawk li jikkonduċu l-​istudju u dawk kollha li jattendu se jibbenefikaw mir-​reviżjoni taʼ din l-​informazzjoni.

◼ F’kull komunità, f’diversi żminijiet matul is-​sena, insibu btajjel dinjin fejn it-​tfal ikunu eżenti mill-​iskola u wħud ikollhom vaganza mix-​xogħol sekulari. Dawn jipprovdu opportunitajiet eċċellenti għall-​kongregazzjoni biex ikollha iżjed sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. L-​anzjani għandhom jaraw minn qabel meta jaħbtu dawn l-​okkażjonijiet u jinformaw lill-​kongregazzjoni biżżejjed minn qabel bl-​arranġamenti li jkunu se jsiru għall-​għoti taʼ xiehda bħala grupp matul il-​perijodi tal-​btajjel.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja