Konvenzjonijiet Internazzjonali Fl-Amerka Taʼ Fuq Fl-1998
Kif kien ġie mħabbar nhar is-Sibt, 5 t’Ottubru, 1996, fil-laqgħa annwali tal-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, il-Ġemgħa li Tiggverna qiegħda tippjana li jkun hemm konvenzjonijiet internazzjonali matul l-1998. Flimkien mal-konvenzjonijiet distrettwali tas-soltu, se jsiru numru taʼ konvenzjonijiet internazzjonali fl-Amerka taʼ Fuq kif ukoll fl-Afrika, fl-Asja, fl-Ewropa, fl-Amerka Latina, fl-inħawi tal-Karibew, u fil-Paċifiku t’Isfel.
Ħafna minn dawn il-konvenzjonijiet speċjali se jsiru fl-Amerka taʼ Fuq, u se jkunu mistednin delegati minn madwar id-dinja. Ukoll, nistennew li jkun hemm xi missjunarji għal dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali. Missjunarji u oħrajn, li ilhom f’servizz speċjali f’pajjiżi barranin għal minn taʼ l-inqas tliet snin u li jikkwalifikaw, se jiġu mistednin biex jattendu waħda minn dawn il-konvenzjonijiet f’pajjiżhom jew f’xi pajjiż fil-qrib.
Iktar informazzjoni rigward dati, postijiet, kwalifiki biex wieħed ikun delegat, arranġamenti għal delegati barranin, u dettalji oħrajn se jingħataw iktar ’il quddiem. Se jkun hemm l-opportunità għal numru limitat taʼ delegati minn Malta biex jattendu konvenzjonijiet internazzjonali f’pajjiżi indikati oħrajn. Il-fergħa se tavża lill-kongregazzjonijiet dwar il-belt tal-konvenzjoni internazzjonali li l-pubblikaturi se jiġu mistednin għaliha. Dawk il-pubblikaturi li bi ħsiebhom jimlew l-applikazzjonijiet biex jintgħażlu bħala delegati jistgħu forsi jixtiequ jibdew iġemmgħu xi ftit mill-flus b’antiċipazzjoni għal dawn l-avvenimenti speċjali.