LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/97 p. 1
  • Qegħdin Jiżdiedu Kotriet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qegħdin Jiżdiedu Kotriet
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Ibqaʼ Agħmel Progress Spiritwali!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ilkoll Nistgħu Nieħdu Sehem f’li Nagħmlu Dixxipli Ġodda
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • April—Żmien biex ‘Nitħabtu u Nitqabdu’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Komplu “Ibnu lil Xulxin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 4/97 p. 1

Qegħdin Jiżdiedu Kotriet

1 Kif kien minnu fl-​ewwel seklu, it-​tkabbir li qiegħda tesperjenza llum il-​kongregazzjoni Kristjana huwa fenomenali. (Atti 2:​41; 4:4) Is-​sena li għaddiet, tgħammdu 366,579 dixxipli ġodda, medja taʼ iktar minn 1,000 kuljum! Tgħammdu iktar minn miljun ruħ f’dawn l-​aħħar tliet snin. Tabilħaqq, Jehovah baqaʼ jżid kotriet taʼ kredenti.​—Atti 5:​14.

2 Il-​ħafna wħud ġodda li m’għandhomx esperjenza taʼ kif jgħixu l-​ħajja Kristjana għandhom bżonn l-​għajnuna u t-​taħriġ mingħand dawk li huma qawwijin fil-​fidi. (Rum. 15:1) Fost il-​Kristjani bikrin kien hemm xi ftit li, saħansitra snin sħaħ wara l-​magħmudija tagħhom, kienu naqsu li ‘jagħfsu ’l quddiem lejn il-​maturità.’ (Ebr. 5:12; 6:1) Dan hu għala, fl-​ittra tiegħu lill-​Ebrej, Pawlu enfasizza xi aspetti li fihom il-​Kristjani jeħtieġu jikbru spiritwalment. Dawn x’inhuma, u kif tistaʼ tiġi offruta l-​għajnuna meħtieġa?

3 Niksbu Drawwiet Taʼ Studju Tajbin: Fi qbil maʼ l-​istruzzjoni taʼ Pawlu, li wieħed ikun student tajjeb jinvolvi li jitgħallem b’mod attiv, li jirrepeti, u li juża l-​“ikel solidu” pprovdut mill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. (Ebr. 5:​13, 14; ara It-​Torri Taʼ L-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru, 1993, paġni 8-​12 [w93 8/15 pġi. 12-​17].) Billi tinvolvi lil kredenti ġodda f’konversazzjonijiet spiritwali u taqsam magħhom xi veritajiet imprezzabbli li tkun skoprejt permezz taʼ riċerka persunali, int tistaʼ tqanqalhom biex jiksbu drawwiet taʼ studju tajbin. Forsi xi kultant tistaʼ tistieden lil xi ħadd ġdid biex jingħaqad miegħek fl-​istudju persunali tiegħek jew bħala familja.

4 Nattendu L-​Laqgħat Regolarment: L-​eżempju leali u l-​kliem ħelu tiegħek taʼ inkuraġġiment se jgħinu membri ġodda tal-​kongregazzjoni jevitaw aspett ieħor taʼ tħassib imsemmi minn Pawlu​—“id-​drawwa” li xi wħud għandhom li mhux dejjem jattendu l-​laqgħat Kristjani. (Ebr. 10:​24, 25) Għinhom japprezzaw li l-​laqgħat huma l-​kuntatt spiritwali u indispensabbli tagħhom mal-​kongregazzjoni. Ħu l-​inizjattiva biex dawn iħossuhom milqugħin bħala parti mill-​fratellanza tagħna.

5 Navviċinaw Lil Jehovah Bil-​Fiduċja: Biex negħlbu xi dgħjufijiet tal-​laħam u xi difetti fil-​personalità, irridu nfittxu lil Jehovah permezz tat-​talb, fil-​waqt li ngħidulu l-​iktar ħsibijiet profondi u t-​tħassib intimu tagħna. Uħud ġodda jridu jitgħallmu li billi jitolbu bil-​ħniena lil Jehovah għall-​għajnuna, kif ħeġġeġ Pawlu, m’għandhomx għalfejn jaqtgħu qalbhom. (Ebr. 4:​15, 16; 10:22) Billi tirrakkonta l-​esperjenzi persunali tiegħek f’dan ir-​rigward se ssaħħaħ il-​fiduċja taʼ wieħed ġdid li Jehovah jismaʼ t-​talb li jiġi mill-​qalb.

6 Nallokaw Ħin Għall-​Ministeru: Pawlu wera wkoll li meta “dejjem noffru ’l Alla sagrifiċċju taʼ tifħir,” dan isaħħaħna spiritwalment. (Ebr. 13:15) Tistaʼ int tistieden lil xi pubblikatur ġdid biex jingħaqad miegħek fl-​arranġamenti tiegħek taʼ kull ġimgħa għas-​servizz taʼ l-​għalqa? Forsi t-​tnejn li intom tkunu tistgħu tippreparaw il-​preżentazzjonijiet tagħkom jew tikkunsidraw xi aspett tal-​ministeru li l-​wieħed iktar ġdid ikun għadu qatt ma pprova.

7 Il-​kotriet li qegħdin jiġu miżjudin huma raġuni għal ferħ kbir. Billi nagħmlu sforz biex inħarrġu u nħeġġu lil membri ġodda tal-​kongregazzjoni se ngħinuhom jiżviluppaw il-​fidi qawwija meħtieġa biex ‘iżommu lil ruħhom ħajja.’​—Ebr. 3:​12, 13; 10:39.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja