LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/97 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal April

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal April
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 4/97 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal April

Ġimgħa Li Tibda 7 T’April

Għanja 100

12 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna. Semmi xi punti mir-​rivisti kurrenti li nistgħu nibdew diskussjonijiet bihom.

15 min: “Qegħdin Jiżdiedu Kotriet.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi s-​suġġerimenti prinċipali mgħoddijin f’It-Torri Taʼ L-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru, 1993, paġni 8-12 (w93 8/15 pġi. 12-​17).

18 min: “Għin Lil Uħud Bla Esperjenza Biex Jifhmu.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi xi aspetti tal-​brochure X’Jirrikjedi: metodu taʼ studju simplifikat, mistoqsijiet f’waqthom, stampi li jolqtu l-​għajn, referenzi abbundanti għall-​Iskrittura. Enfasizza l-​mira taʼ li jinbdew studji li eventwalment iwasslu għall-​ktieb Għarfien. Ħejji pubblikatur kapaċi biex jagħmel turija taʼ kif wieħed jibda studju billi juża l-​metodu msemmi f’paragrafu 4. Inkuraġġixxi lill-​ġenituri kollha fil-​kongregazzjoni biex jistudjaw il-​brochure mat-​tfal żgħar tagħhom.

Għanja 130 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 14 T’April

Għanja 107

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Skond ma jippermetti l-​ħin, irrakkonta fil-​qosor xi esperjenzi fl-​għalqa lokali rigward tqassim tal-​brochure X’Jirrikjedi u studji tal-​Bibbja li nbdew permezz tiegħu.

15 min: “Nidderieġu Lill-​Istudenti Lejn L-​Organizzazzjoni Li Hemm Wara Isimna.” (Paragrafi 1-6) Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafi 5-6 u l-​iskritturi ċċitati. Irrakkonta xi esperjenzi lokali dwar ir-​reazzjoni li kellhom studenti tal-​Bibbja wara li raw il-​vidjo Jehovah’s Witnesses​—The Organization Behind the Name.

20 min: “Għallem Lil Oħrajn Dak Li Alla Jirrikjedi.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza taʼ paragrafi 1-4. Ħejji turijiet tal-​preżentazzjonijiet f’paragrafu 5, billi jintużaw erbaʼ settings differenti​—fit-​triq, f’dar, f’post tan-​negozju, u fi ġnien. Fakkar lil kulħadd biex jiġbor il-​brochures u r-​rivisti għas-​servizz taʼ l-​għalqa l-​lejla qabel ma jitlaq mis-​Sala tas-​Saltna.

Għanja 126 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 21 T’April

Għanja 113

15 min: Avviżi lokali. Spjega li m’huwiex tard wisq biex wieħed jitfaʼ applikazzjoni għal pijunier awżiljarju f’Mejju. Irrevedi l-​Kaxxa Għall-​Mistoqsija, u għarraf lill-​kongregazzjoni jekk hemm bżonn ċerti kotba biex titkompla l-​librerija fis-​Sala tas-​Saltna.

15 min: “Nidderieġu Lill-​Istudenti Lejn L-​Organizzazzjoni Li Hemm Wara Isimna.” (Paragrafi 7-​14) Mistoqsijiet u tweġibiet. Ħejji għalliem kapaċi biex juri kif jistaʼ jkollok diskussjoni sinċiera u bil-​miftuħ maʼ student dwar il-​bżonn li jattendi l-​laqgħat.

15 min: Nagħmlu Użu Sħiħ Mil-​Letteratura Tagħna. Taħdita mogħtija minn anzjan. (Ara l-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1995, paġni 3-5.) Rapporti juru li l-​kongregazzjonijiet taʼ spiss jordnaw ħafna iktar rivisti milli fil-​fatt iqassmu kull xahar. Sa 50 fil-​mija minnhom qatt ma jiġu rrapportati bħala li tħallew maʼ xi ħadd. (Uri x’jindikaw l-​istatistiċi lokalment.) X’jiġri minn dawn ir-​rivisti? Ħafna minnhom jispiċċaw fuq l-​ixkaffa jew jintremew. Dan kif jistaʼ jiġi evitat? Kull pubblikatur għandu janalizza bir-​reqqa l-​bżonnijiet tiegħu u jordna biss dak li jistaʼ jħalli. Ħuduha drawwa li toffru r-​rivisti lil kulmin tiltaqgħu miegħu. Twarrbux fil-​ġenb il-​ħarġiet il-​qodma. Ħudu sehem fis-​servizz bir-​rivisti regolarment. Żommu f’moħħkom li hemm bżonn insemmu l-​arranġament tad-​donazzjoni kulmeta jqumu xi mistoqsijiet dwar ix-​xogħol tagħna taʼ madwar id-​dinja. Jekk jogħġobkom itfgħu donazzjonijiet bħal dawn fil-​pront.

Għanja 128 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 28 T’April

Għanja 121

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tiegħu tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal April. Ħabbar l-​ismijiet taʼ dawk li se jkunu pijunieri awżiljarji f’Mejju. Semmi l-​arranġamenti l-​oħrajn li se jsiru lokalment għal-​laqgħat tas-​servizz. Matul Mejju għandu jsir sforz speċjali biex immorru lura kulfejn inkunu ħallejna xi brochure bil-​mira li nibdew studji. Issuġġerixxi fil-​qosor xi modi kif nistgħu bit-​tattika nitolbu l-​isem u l-​indirizz tan-​nies li nagħtuhom xiehda informali. Tistaʼ l-​ewwel tgħidilhom x’jismek u tagħtihom l-​indirizz u tistaqsihom jekk għandhomx numru tat-​telefon fejn jistgħu jiġu kkuntattjati. Stieden lil kulħadd fl-​udjenza biex joffri iktar suġġerimenti li huma sabu li jirnexxu.

15 min: “Dawn Għala Jagħmluh?” Anzjan jiddiskuti l-​artiklu maʼ żewġ jew tliet pijunieri regulari. (Jekk m’humiex disponibbli, uża wħud li taʼ spiss ikunu pijunieri awżiljarji.) Inkludi xi punti prinċipali mill-​artiklu “Pioneers Bestow and Re­ceive Blessings” (Il-Pijunieri Jagħtu u Jirċievu Barkiet), fil-​Watchtower tal-​15 taʼ Jannar, 1994. Staqsi lil kull wieħed u waħda minnhom biex jgħidu kif bdew fis-​servizz taʼ pijunier. Itlobhom jirrakkontaw xi esperjenzi li juru kif huma ġew imberkin talli għamlu hekk.

15 min: Bżonnijiet lokali. L-​anzjani jistgħu jużaw dan il-​ħin biex jippreżentaw informazzjoni fuq xi bżonnijiet lokali speċifiċi.

Għanja 129 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja