LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/97 p. 2
  • Dawn Għala Jagħmluh?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dawn Għala Jagħmluh?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Issa Hu ż-Żmien biex Nippridkaw!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • “Kieku Tkun Pijunier Tajjeb!”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 4/97 p. 2

Dawn Għala Jagħmluh?

1 Kien ġie mbassar dwar il-​Kristu li ‘żelu assolut għad-​dar t’Alla kellu jibilgħu.’ (Salm 69:9) Iż-​żelu li kellu Ġesù għall-​qima vera lejn Jehovah ġagħlu jpoġġi l-​ministeru l-​ewwel. (Luqa 4:​43; Ġwn. 18:​37) Dan l-​istess żelu biex tingħata xiehda lill-​verità huwa rifless illum fil-​ministeru tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Fis-​sena taʼ servizz li għaddiet, medja taʼ 645,509 madwar id-​dinja ħadu sehem f’xi għamla taʼ servizz taʼ pijunier kull xahar. Meta nqisu d-​dedikazzjoni tagħna lejn Alla, kull wieħed u waħda minna għandna nikkunsidraw permezz tat-​talb jekk nistgħux nirranġaw iċ-​ċirkostanzi tagħna sabiex inkunu nistgħu naqdu bħala pijunier awżiljarju jew regulari.​—Salm 110:​3; Ekkl. 12:​1; Rum. 12:1.

2 Billi jgħixu f’sistema t’affarijiet li hija materjalistika b’mod egoistiku, ħafna wħud fid-​dinja jsibuha diffiċli biex jifhmu għala xi ħadd jistaʼ qatt jaħdem daqshekk iebes fil-​ministeru għal xi ħaġa li la tirrendi ħlas bi flus u lanqas unur. Il-​pijunieri għala jagħmluh? Huma jafu li qegħdin jieħdu sehem f’xogħol li jsalva l-​ħajja. Imqanqlin b’imħabba profonda lejn Jehovah u lejn il-​proxxmu tagħhom, huma jħossu obbligu qawwi u persunali biex jgħinu f’li jsalvaw il-​ħajjiet. (Rum. 1:​14-​16; 1 Tim. 2:​4; 4:​16) Koppja fejn it-​tnejn huma pijunieri spjegaw dan b’mod tajjeb billi qalu: “Għala qegħdin nagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier? Nistgħu qatt niġġustifikaw lilna nfusna quddiem Jehovah jekk ma nagħmluhx?”

3 Oħt oħra kitbet hekk rigward id-​deċiżjoni tagħha biex tibda taqdi bħala pijuniera: “Jien u żewġi ppjanajna li ngħixu b’paga waħda, u dan kien ifisser li nwarrbu dawk l-​affarijiet li ma kinux essenzjali. Madankollu, Jehovah berikna bil-​kbir, billi qatt ma ħalliena fil-​bżonn jew neqsin. . . . Jien sibt raġuni vera għalxiex ngħix​—dik li ngħin lil uħud fil-​bżonn isiru jafu li Jehovah, dak Alla veru, m’huwiex ’il bogħod minn dawk li qegħdin ifittxuh.” Meta jaraw l-​urġenza taż-​żminijiet, il-​pijunieri jikkuntentaw bil-​bżonnijiet tal-​ħajja fil-​waqt li bil-​ħeġġa jfittxu li jiksbu teżori spiritwali li jservu għal dejjem.​—1 Tim. 6:​8, 18, 19.

4 Jekk iċ-​ċirkostanzi persunali tiegħek jippermettulek, għala ma tingħaqadx mal-​mijiet t’eluf taʼ ħutek irġiel u nisa madwar id-​dinja li qegħdin jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier? B’dan il-​mod tistaʼ tesperjenza l-​istess ferħ tagħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja