LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/98 pp. 3-6
  • Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ix-Xogħol ta’ Pijunier Isaħħaħ ir-Relazzjoni li Għandna m’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Kieku Tkun Pijunier Tajjeb!”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 7/98 pp. 3-6

Is-​Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?

1 “Ma nimmaġinanix nagħmel xi ħaġa oħra. Żgur li ma nimmaġina ebda ħaġa li tistaʼ ġġibli l-​istess ferħ.” Min qalu dan? Wieħed mill-​mijiet t’eluf taʼ Xhieda taʼ Jehovah li għamlu l-​ministeru full-time il-​karriera ferriħija f’ħajjithom. Ikkunsidrajt int bit-​talb jekk is-​servizz taʼ pijunier jgħoddx għalik? Ladarba ddedikajna rwieħna bla riżerva lil Jehovah, ċertament li jmissna nikkunsidraw jekk jistax ikollna sehem iktar sħiħ f’li nxerrdu l-​aħbar tajba tas-​Saltna. B’dan f’moħħok, jekk jogħġbok ikkunsidra xi mistoqsijiet li ħafna jistaqsu dwar is-​servizz taʼ pijunier.

L-​EWWEL MISTOQSIJA: “Xi wħud jgħidu li x-​xogħol taʼ pijunier ma jgħoddx għal kulħadd. Kif inkun naf jekk jgħoddx għalija?”

2 It-​tweġiba tiddependi miċ-​ċirkustanzi u l-​obbligi Skritturali tiegħek. Hemm bosta li s-​saħħa tagħhom jew is-​sitwazzjoni kurrenti tagħhom fil-​ħajja ma tippermettilhomx li jiddedikaw 90 siegħa fix-​xahar għall-​ministeru. Ħu bħala eżempju l-​ħafna aħwa nisa leali li huma nisa miżżewġin u ommijiet Kristjani. Huma jieħdu sehem fil-​ministeru spiss kemm jistaʼ jkun skond kemm jippermettulhom iċ-​ċirkustanzi tagħhom. Meta jsibu l-​opportunità, huma jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’xi xahar jew iktar fis-​sena, u jaħsdu l-​ferħ li jiġi milli jżidu sehemhom fis-​servizz. (Gal. 6:9) Għalkemm iċ-​ċirkustanzi tagħhom forsi ma jippermettulhomx li jaqdu bħala pijunieri full-time fil-​preżent, jippromwovu l-​ispirtu taʼ pijunier u huma barka għall-​kongregazzjoni bħala pubblikaturi żelużi taʼ l-​aħbar tajba.

3 Mill-​banda l-​oħra, ħafna aħwa rġiel u nisa li huma relattivament meħlusin mill-​obbligi għamlu l-​wisaʼ għas-​servizz taʼ pijunier billi aġġustaw il-​prijoritajiet tagħhom. Xi ngħidu għalik? Int żagħżugħ li spiċċajt mill-​iskola sekulari? Int mara li żewġek jistaʼ jipprovdi adegwatament għall-​familja? Int miżżewweġ mingħajr tfal li jiddependu minnek? Irtirajt int mill-​impjieg sekulari tiegħek? Jekk jagħmilx ix-​xogħol taʼ pijunier jew le hija deċiżjoni li kull individwu jrid jieħu għalih innifsu. Il-​mistoqsija hi, Tistaʼ tagħmel il-​wisaʼ f’ħajtek għax-​xogħol taʼ pijunier?

4 Satana juża s-​sistema t’affarijiet dinjija tiegħu biex jimlielna ħajjitna bid-​distrazzjonijiet u jgħaddasna f’mod taʼ ħajja egoist. Jekk aħna ddeterminati li nibqgħu ebda parti mid-​dinja, Jehovah se jgħinna nżommu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel u nirsistu għal u nħaddnu l-​privileġġi kollha tas-​servizz teokratiku li huma disponibbli għalina. Jekk tistaʼ taġġusta ċ-​ċirkustanzi tiegħek sabiex taqdi bħala pijunier, għala ma tagħmilx hekk?

IT-​TIENI MISTOQSIJA: “Kif nistaʼ nkun żgur li se nkun nistaʼ nkampa finanzjarjament fis-​servizz full-time?”

5 Veru li f’ħafna pajjiżi s-​sigħat taʼ xogħol sekulari meħtiġin kull ġimgħa sabiex wieħed jakkwista dawk li jitqiesu bħala n-​neċessitajiet tal-​ħajja żdiedu matul is-​snin. Minkejja dan, ħafna ilhom jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier għal bosta snin, u Jehovah jkompli jwiżinhom. Biex tirnexxi bħala pijunier, hemm bżonn taʼ fidi u l-​ispirtu taʼ li tissagrifika lilek innifsek. (Mt. 17:20) F’Salm 34:11 [Salm 34:​10, New World Translation] niġu żgurati li “min ifittex lill-​Mulej xejn ma jkun jonqsu.” Kulmin jidħol fis-​servizz taʼ pijunier għandu jagħmel dan b’fiduċja sħiħa li Jehovah se jipprovdilu. Qed jagħmel preċiżament hekk għal pijunieri leali kullimkien! (Salm 37:25) M’għandniex xi ngħidu, fi qbil mal-​prinċipji fit-​2 Tessalonikin 3:​8, 10, u l-​1 Timotju 5:​8, il-​pijunieri ma jistennewx li oħrajn imantnuhom finanzjarjament.

6 Kulmin qed jikkontempla s-​servizz taʼ pijunier għandu jagħmel bħalma qal Ġesù: ‘Oqgħod bil-​qiegħda biex l-​ewwelnett tqis in-​nefqa.’ (Lq. 14:28) Li tagħmel dan juri għerf prattiku. Tkellem maʼ dawk li kellhom suċċess fix-​xogħol taʼ pijunier għal għadd taʼ snin. Saqsihom kif Jehovah wiżinhom. L-​indokratur tas-​circuit tiegħek huwa pijunier t’esperjenza li bil-​ferħ se joffri suġġerimenti fuq kif ikollok suċċess fil-​ministeru full-time.

7 Individwu għandu mnejn qatt ma jesperjenza bi sħiħ il-​verità tal-​wegħda taʼ Ġesù f’Mattew 6:33 sakemm ma jitlaqx ruħu f’idejn Jehovah. Pijuniera leali rrakkontat: “Meta jien u l-​partner tiegħi wasalna f’inkarigu ġdid bħala pijunieri, kellna biss ftit ħaxix, pakkett marġerina, u konna mingħajr sold. Użajna l-​ikel għall-​ikla taʼ fil-​għaxija u għedna, ‘Issa m’għandna xejn għal għada.’ Tlabna dwar dan, u morna norqdu. Kmieni l-​għada fil-​għodu Xhud lokali ġiet tarana u introduċiet ruħha, billi qalet, ‘Tlabt li Jehovah jibgħat xi pijunieri. Issa nistaʼ nakkumpanjakom kważi l-​jum kollu, imma peress li ngħix fil-​kampanja, se jkolli niekol il-​pranzu magħkom, allura ġibt dan l-​ikel miegħi għalina lkoll.’ Kienet kwantità kbira taʼ ċanga u ħaxix.” Mhux taʼ b’xejn li Ġesù żgurana li nistgħu ‘ma ninkwetawx ruħna għal ħajjitna’! Imbagħad hu żied: “Min minnkom, bl-​inkwiet kollu tiegħu, se jseħħlu jtawwal għomru mqar b’jum wieħed biss?”​—Mt. 6:​25, 27.

8 Id-​dinja taʼ madwarna qed issir iktar u iktar materjalistika. Qed tiżdied il-​pressjoni fuqna biex nikkonformaw. Madankollu, apprezzament bl-​umiltà għall-​ministeru full-time jagħmilna nikkuntentaw b’inqas affarijiet materjali. (1 Tim. 6:8) Pijunieri li jżommu ħajjithom sempliċi u organizzata għandhom iktar ħin għas-​servizz u jiksbu iktar ferħ u saħħa spiritwali billi jgħallmu l-​verità lil oħrajn. Għalkemm ma jipprovawx jgħixu ħajja axxetika, bis-​saħħa tal-​ħarsa bbilanċjata tagħhom lejn is-​sitwazzjoni ekonomika tagħhom jistgħu jgawdu l-​barkiet tax-​xogħol taʼ pijunier.

9 Jekk inti verament konxju li qegħdin ngħixu fl-​aħħar jiem u li ż-​żmien qed jiskadi għal din id-​dinja mill-​agħar, se tkun immotivat spiritwalment biex tagħmel is-​sagrifiċċji meħtiġin biex tippriedka l-​aħbar tajba f’kull opportunità. Billi tħares mill-​ġdid lejn is-​sitwazzjoni ekonomika tiegħek u tħalli l-​kwistjoni f’idejn Jehovah, għandek mnejn tirrealizza li tistaʼ taqdih full-time. Saħansitra jekk ikollok tirrinunzja xi affarijiet materjali sabiex tagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier, int se tgawdi l-​barkiet għonja taʼ Jehovah.​—Salm 145:16.

IT-​TIELET MISTOQSIJA: “Bħala adolexxent, għala għandi nikkunsidra s-​servizz taʼ pijunier bħala għażla għal karriera?”

10 Waqt li tkun fl-​aħħar snin tiegħek fl-​iskola, naturalment se taħseb dwar il-​futur. Tixtieq li jkun fiż-​żgur, hieni, u sodisfaċenti. Dawk li jagħtu pariri u gwida fl-​iskola jistgħu jipprovaw jidderiġuk lejn karriera li tirrendi u li tirrikjedi snin twal taʼ edukazzjoni f’xi kulleġġ. Il-​kuxjenza Kristjana tiegħek imħarrġa tajjeb tgħidlek li għandek tipprepara biex taqdi lil Jehovah bl-​iktar mod sħiħ possibbli. (Koħ. 12:1) Int tistaʼ taħseb ukoll dwar li fl-​aħħar mill-​aħħar tiżżewweġ u jkollok familja. X’se tagħmel int?

11 Id-​deċiżjonijiet li tieħu f’dan iż-​żmien taʼ ħajtek jistgħu jsawrulek il-​futur kollu kemm hu tiegħek. Jekk int diġà Xhud iddedikat u mgħammed taʼ Jehovah, tajt lilek innifsek b’ruħek kollha lil Jehovah. (Lhud 10:7) Maʼ l-​ewwel opportunità li jkollok, ipprova agħmel ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju għal xahar jew iktar. Dan se jdewqek il-​ferħ u r-​responsabbiltajiet li jiġu max-​xogħol taʼ pijunier regulari, u l-​ħarsa tiegħek dwar x’għandek tagħmel f’ħajtek bla dubju se tiċċara iktar. Imbagħad, minflok ma timla l-​ispazju b’impjieg sekulari full-time wara li tispiċċa l-​iskola, għala ma tibdiex ix-​xogħol taʼ pijunier regulari? Xi wħud li stennew sa iktar tard f’ħajjithom biex igawdu s-​servizz taʼ pijunier iddispjaċiehom li ma bdewhx iktar kmieni.

12 Bħala persuna żagħżugħa, ħu vantaġġ mill-​opportunitajiet tiegħek li ssus wara l-​istat taʼ mhux miżżewweġ, u gawdi l-​benefiċċji li dan jipprovdi fl-​attività taʼ l-​ippridkar full-time. Jekk ix-​xewqa tiegħek hi li xi darba tiżżewweġ, ma jistaʼ jitqiegħed l-​ebda pedament aħjar għaż-​żwieġ milli l-​ewwel taqdi fix-​xogħol taʼ pijunier regulari. Waqt li tikber fil-​maturità u l-​ispiritwalità, tistaʼ tagħżel li tagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier il-​karriera tiegħek maʼ sieħeb fiż-​żwieġ li jkollu l-​istess ħsieb. Xi koppji li għamlu x-​xogħol taʼ pijunier flimkien marru fix-​xogħol tas-​circuit jew saru missjunarji. Mod taʼ ħajja tassew sodisfaċenti!

13 Iddum kemm iddum fix-​xogħol taʼ pijunier, int se tkun ħadt edukazzjoni kompluta u rċevejt taħriġ imprezzabbli li l-​ebda impjieg ieħor fuq l-​art ma jistaʼ jipprovdilek. Ix-​xogħol taʼ pijunier jgħallmek id-​dixxiplina, l-​organizzazzjoni persunali, kif tittratta man-​nies, id-​dipendenza fuq Jehovah, u kif tiżviluppa l-​paċenzja u l-​qalb tajba​—kwalitajiet li se jarmawk biex tieħu responsabbiltajiet akbar.

14 Il-​ħajja qatt ma kienet daqshekk inċerta għall-​umanità. Ftit affarijiet huma verament permanenti, minbarra dak li wiegħed Jehovah. Ladarba l-​futur tiegħek huwa miftuħ beraħ quddiemek, liema żmien aħjar minn issa jistaʼ jkun hemm biex taħseb bis-​serjetà dwar kif se tuża ħajtek fis-​snin li ġejjin? Iżen bir-​reqqa l-​privileġġ tax-​xogħol taʼ pijunier. Qatt ma se jiddispjaċik li tkun għażilt is-​servizz taʼ pijunier bħala l-​karriera tiegħek.

IR-​RABAʼ MISTOQSIJA: “M’hijiex pressjoni kontinwa li nilħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat? Xi ngħidu jekk nibqaʼ lura fil-​ħin?”

15 Meta timla applikazzjoni għal pijunier regulari, trid twieġeb il-​mistoqsija: “Organizzajt int l-​affarijiet persunali tiegħek sabiex tkun tistaʼ tistenna raġonevolment li tilħaq il-​ħtieġa annwali taʼ 1,000 siegħa?” Biex tilħaqha, għandek bżonn medja taʼ madwar tliet sigħat kuljum fis-​servizz. Ovvjament, dan jirrikjedi skeda tajba u dixxiplina fuqek innifsek. Il-​biċċa l-​kbira tal-​pijunieri fi żmien ftit xhur jiżviluppaw rutina prattika li taħdem.

16 Madankollu, Koħèlet 9:11 jgħid il-​kliem kollu verità, ‘F’kollox jidħol iż-​żmien u ċ-​ċirkustanzi.’ Mard serju jew ċirkustanzi mhux mistennijin oħrajn jistgħu jikkaġunaw lil pijunier jibqaʼ lura fis-​sigħat. Jekk il-​problema mhix se tieħu fit-​tul u tinqalaʼ kmieni fis-​sena taʼ servizz, kulma jkun hemm bżonn hija skeda intensifikata biex iġġib il-​ħin mitluf. Imma xi ngħidu jekk tqum problema serja meta jkun fadal biss ftit xhur fis-​sena taʼ servizz u l-​pijunier ma jistax ilaħħaq?

17 Jekk tkun marid temporanjament għal ftit xhur jew għal xi raġuni urġenti oħra li ma jkollokx kontroll fuqha ma tkunx tistaʼ tlaħħaq is-​sigħat meħtiġin, tistaʼ tavviċina membru tal-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni u tispjegalu l-​problema. Jekk dawn l-​anzjani jaħsbu li jkun għaqli li titħalla tkompli fis-​servizz taʼ pijunier mingħajr ma tinkwieta dwar li ġġib il-​ħin mitluf, jistgħu jieħdu din id-​deċiżjoni. Is-​segretarju se jimmarka il-​kard tal-​Congregation’s Publisher Record biex juri li m’intix meħtieġ li ġġib il-​ħin mitluf. Dan m’huwiex xi permess t’assenza imma, pjuttost, konsiderazzjoni speċjali lejn iċ-​ċirkustanzi tiegħek.​—Ara l-​insert fl-​Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986, paragrafu 18.

18 Pijunieri t’esperjenza jfaddlu riserva taʼ sigħat kmieni fis-​sena taʼ servizz. Is-​servizz tagħhom taʼ pijunier jieħu l-​prijorità, u għalhekk xi kultant isibu li jkun hemm bżonn li jħallu barra xi attivitajiet mhux essenzjali. Jekk pijunier jibqaʼ lura minħabba skeda fjakka jew nuqqas taʼ dixxiplina fuqu nnifsu f’li jżomm magħha, għandu jħoss li hija r-​responsabbiltà tiegħu li jġib il-​ħin mitluf u ma jistenniex konsiderazzjoni speċjali.

19 Ikun hemm drabi meta pijunier jesperjenza bidla fiċ-​ċirkustanzi tiegħu li ma tkunx tistaʼ tiġi evitata. Jistaʼ jsib li ma jistax jilħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat f’medda twila taʼ żmien minħabba xi problema kontinwa taʼ saħħa, xi responsabbiltà miżjuda tal-​familja, eċċetra. F’dan il-​każ, il-​korsa t’għerf tkun li jkompli bħala pubblikatur u jieħu sehem kulmeta jkun possibbli fis-​servizz taʼ pijunier awżiljarju. M’hemm l-​ebda provvediment regulari li jippermetti lil xi ħadd biex jibqaʼ fil-​lista taʼ pijunier jekk iċ-​ċirkustanzi tiegħu ma jippermettulux iktar li jilħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat.

20 Nisperaw li l-​provvediment biex tingħata konsiderazzjoni speċjali lil dawk li jikkwalifikaw se jinkuraġġixxi lil iktar uħud biex jidħlu fis-​servizz taʼ pijunier mingħajr ma jinkwetaw bla bżonn. Għandu wkoll jinkuraġġixxi lil dawk li diġà qegħdin fis-​servizz full-time biex ikomplu jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier. Irridu li l-​pijunieri jkollhom suċċess fis-​servizz full-time tagħhom.

IL-​ĦAMES MISTOQSIJA: “Irrid inwettaq xi ħaġa u nieħu gost nagħmilha. Se jissodisfani s-​servizz taʼ pijunier?”

21 Hena veru jiddependi l-​iktar milli jkollna relazzjoni mill-​qrib u persunali maʼ Jehovah u nkunu konvinti li qed naqduh fedelment. Ġesù ssaporta zokk tat-​tortura għall-​“hena li kellu quddiemu.” (Lhud 12:2) L-​hena tiegħu ġie milli jagħmel ir-​rieda t’Alla. (Salm 40:​9 [40:​8, NW]) Fis-​sistema preżenti t’affarijiet, nistgħu ngawdu hena veru jekk il-​biċċa l-​kbira taʼ l-​attivitajiet f’ħajjitna jkunu rrelatati mal-​qima tagħna lil Jehovah. Li nsusu wara affarijiet spiritwali jagħtina sens taʼ skop għaliex fil-​fond taʼ qalbna nafu li qed nagħmlu dak li hu sewwa. L-​hena jiġi mill-​għoti, u ma nafu b’ebda mod aħjar kif nagħtu minna nfusna milli ngħallmu lil oħrajn kif jiksbu l-​ħajja taʼ dejjem fid-​dinja l-​ġdida t’Alla.​—Atti 20:35.

22 Il-​pijunier li ġie kkwotat fil-​paragrafu tal-​bidu spjegaha b’dan il-​mod: “Jistaʼ jkun hemm xi ferħ akbar milli tara lil xi ħadd li tistudja miegħu jsir attiv f’li jfaħħar lil Jehovah? Huwa eċċitanti u jsaħħaħ il-​fidi li tara kemm il-​Kelma t’Alla għandha qawwa f’li timmotiva lin-​nies biex jagħmlu bidliet f’ħajjithom sabiex jogħġbu lil Jehovah.” (Ara t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru, 1997, paġni 13-18.) Mela, x’iġiblek l-​hena lilek? Jekk, minflok it-​tgawdija temporanja li toffri d-​dinja, tgħożż attivitajiet li huma permanenti u siewja, ix-​xogħol taʼ pijunier se jagħtik sens taʼ twettiq taʼ l-​għaġeb li se jagħmlek verament hieni.

IS-​SITT MISTOQSIJA: “Jekk m’huwiex meħtieġ għall-​ħajja taʼ dejjem, mhux affarija jekk nagħmilx ix-​xogħol taʼ pijunier jew le?”

23 Veru, int trid tiħodha d-​deċiżjoni li tkun pijunier. Jehovah biss jistaʼ jiġġudika ċ-​ċirkustanzi persunali taʼ ħajtek. (Rum. 14:4) Hu bi dritt jistenniek li taqdih b’qalbek, b’ruħek, b’moħħok, u b’saħħtek kollha. (Mk. 12:30; Gal. 6:​4, 5) Hu jħobbu lil donatur ferrieħi, xi ħadd li jaqdih bil-​ferħ, mhux b’nofs qalb jew bilfors. (2 Kor. 9:7; Kol. 3:23) Ir-​raġuni tiegħek li taqdi full-time trid tkun li tħobb lil Jehovah u lin-​nies fit-​territorju. (Mt. 9:​36-38; Mk. 12:​30, 31) Jekk tħossok hekk, allura s-​servizz taʼ pijunier jixraqlu l-​konsiderazzjoni serja tiegħek.

24 Nisperaw li l-​fatturi li ġew indikati hawnhekk se jgħinuk tiżen il-​prospetti tiegħek li tagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier. Tistaʼ taġġusta ċ-​ċirkustanzi tiegħek biex tagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier regulari? Hawn taħt hawn stampat kalendarju intitolat “L-​Iskeda Tiegħi taʼ Kull Ġimgħa għas-​Servizz taʼ Pijunier.” Ara jekk tistax timla skeda prattika għalik innifsek li tippermettilek li tagħmel medja taʼ madwar 23 siegħa kull ġimgħa fil-​ministeru. Imbagħad, poġġi l-​fidi u t-​tama kollha tiegħek f’Jehovah. Bil-​għajnuna tiegħu tistaʼ tirnexxi! Hu wiegħed: ‘Insawwab fuqkom barka bl-​abbundanza.’​—Mal. 3:10.

25 Għalhekk nistaqsu, “Is-​servizz taʼ pijunier​—jgħodd għalik?” Jekk tistaʼ tgħid “Iva,” iffissa data biex tibda x-​xogħol taʼ pijunier regulari malajr u kun żgur li Jehovah se jbierkek b’ħajja mimlija ferħ!

[Tabella f’paġna 6]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

L-​Iskeda Tiegħi taʼ Kull Ġimgħa għas-​Servizz taʼ Pijunier

IT-​TNEJN Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għodu

IT-​TLIETA Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għodu

L-​ERBGĦA Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għodu

IL-​ĦAMIS Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għodu

IL-​ĠIMGĦA Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għodu

IS-​SIBT Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għodu

IL-​ĦADD Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għodu

IT-​TNEJN Servizz taʼ l-​għalqa wara nofsinhar

IT-​TLIETA Servizz taʼ l-​għalqa wara nofsinhar

L-​ERBGĦA Servizz taʼ l-​għalqa wara nofsinhar

IL-​ĦAMIS Servizz taʼ l-​għalqa wara nofsinhar

IL-​ĠIMGĦA Servizz taʼ l-​għalqa wara nofsinhar

IS-​SIBT Servizz taʼ l-​għalqa wara nofsinhar

IL-​ĦADD Servizz taʼ l-​għalqa wara nofsinhar

IT-​TNEJN Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għaxija

IT-​TLIETA Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għaxija

L-​ERBGĦA Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għaxija

IL-​ĦAMIS Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għaxija

IL-​ĠIMGĦA Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għaxija

IS-​SIBT Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għaxija

IL-​ĦADD Servizz taʼ l-​għalqa fil-​għaxija

Uża l-​lapes biex tniżżel l-​iskeda tiegħek għal kull ġurnata tal-​ġimgħa.

Ippjana li tagħmel total taʼ madwar 23 siegħa kull ġimgħa fis-​servizz taʼ l-​għalqa.

Total taʼ sigħat kull ġimgħa ppjanati ․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja