Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa u Stenbaħ! bil-Malti u bl-Ingliż u l-brochure Alla X’Jirrikjedi Minna? Ġunju: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentraw fuq li tibdew studji tal-Bibbja fid-djar. Lulju u Awissu: Kwalunkwe wieħed mill-brochures li ġejjin taʼ 32 paġna: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, “The Government That Will Bring Paradise,” Veru Li Alla Jimpurtah Minna?, u X’Inhu L-Iskop Tal-Ħajja?—Kif Tistaʼ Ssibu?
◼ Dawk imseħbin maʼ xi kongregazzjoni għandhom jibagħtu xi abbonamenti ġodda u mġeddin fuq il-cassette għal The Watchtower u Awake!, inklużi l-abbonamenti persunali tagħhom, permezz tal-kongregazzjoni.
◼ Is-Soċjetà ma tilqax talbiet mingħand pubblikaturi individwali għal xi letteratura. L-indokratur li jippresiedi għandu jirranġa li jsir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-Soċjetà t-talba tal-kongregazzjoni taʼ kull xahar għal-letteratura sabiex dawk kollha interessati li jiksbu xi oġġetti taʼ letteratura persunali jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema huma dawk l-oġġetti li jinkisbu fuq talba speċjali.
◼ Meta jasal il-waqt, il-badge cards tal-konvenzjoni distrettwali għall-1997 bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, u bit-Taljan se jkunu awtomatikament inklużi mal-kunsinni tal-letteratura. Mhux se jkun hemm għalfejn tintbagħat ordni għalihom. Jekk il-kongregazzjonijiet ikunu jinħtieġu iktar badge cards, dawn għandhom jiġu ordnati permezz tal-Literature Request Form (S(d)-14). Il-kontenituri tal-plastik tal-badge cards għandhom jiġu ordnati jekk xi ħadd fil-kongregazzjoni għandu bżonnhom.
◼ Il-kongregazzjonijiet kollha s’issa rċevew 4 kopji tan-1997 Publications List li fihom l-oġġetti tal-letteratura kollha li huma disponibbli bħalissa mingħand is-Soċjetà. L-indokraturi li jippresiedu għandhom jaraw li l-istruzzjonijiet jiġu riveduti flimkien maʼ l-ittra, datata 2 taʼ Settembru, 1996, rigward talbiet għal-letteratura. (Jekk jogħġbok ara l-1 paragrafu tal-Publications List.) Huwa importanti ħafna li ordnijiet għal-letteratura u r-rivisti jsiru fi qbil mad-direzzjonijiet tas-Soċjetà.