Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mis-6 taʼ Jannar sal-21 t’April, 1997. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex tiġi mwieġba kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numri tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri Taʼ L-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Snin sħaħ qabel ma ġiet stabbilita l-Watchtower Bible School of Gilead, l-aħbar tajba ttieħdet lejn oqsma barranin minn Xhieda li tgħallmu l-verità waqt li kienu msifrin u rritornaw lejn art twelidhom biex jippridkaw. [jv pġ. 428 par. 2]
2. Gidjon irnexxielu jegħleb lill-Midjaniti minħabba l-isfond militari tiegħu. [it-1 pġ. 933 pari. 1-2]
3. Bi twettiq taʼ Żakkarija 9:2-4, Tir ġiet meqruda għalkollox minn Nebukadneżżar. [si pġ. 169 par. 4]
4. Eva kienet korretta meta qalet li hi kienet ipproduċiet iben (Kajjin) “bil-għajnuna taʼ Jehovah.” (Ġen. 4:1) [it-1 pġ. 772 par. 2]
5. Għalkemm C. T. Russell kien magħruf tajjeb bħala kelliemi pubbliku taʼ talent, kien l-interess sinċier tiegħu fin-nies li għamlu evanġelizzatur effettiv. [jv pġ. 404 par. 2]
6. Ir-razza tas-suwed ma ġietx minn Kangħan bin Ħam, li lilu Noè kien seħet. [it-1 pġ. 1023 par. 5]
7. Fost il-“mogħoż” imsemmijin f’Mattew 25:31-46, li se jsofru qtugħ għal dejjem, se jkun hemm membri attivi taʼ Babilonja l-Kbira u l-mexxejja reliġjużi tagħhom. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara wMT95 11/1 pġ. 20 pari. 13-15 (w95 10/15 pġ. 26 pari. 13-15).]
8. Bħala riżultat tal-persekuzzjoni ħarxa fl-Ewropa, in-numru taʼ pubblikaturi hemmhekk naqas b’mod drammatiku matul it-II Gwerra Dinjija. [jv pġ. 454 par. 2]
9. Li naħfru lil oħrajn jiftaħ it-triq biex dnubietna jiġu maħfurin minn Alla. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara wMT94 10/1 pġ. 7 (w94 9/15 pġ. 7).]
10. Gabrijel hu wieħed mill-uniċi żewġ anġli leali li l-Bibbja ssemmihom b’isimhom. [it-1 pġ. 876 par. 5]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Liema metodu li jispikka ġie wżat f’Londra, l-Ingilterra, fl-1938 biex jirriklama t-taħdita tal-konvenzjoni “Iffaċċja l-Fatti”? [jv pġ. 447 par. 2]
12. Liema żewġ irwoli li assuma Ġesù Kristu kienu deskritti f’Żakkarija 6:12, 13? [si pġ. 172 par. 25]
13. L-arranġament fejn kongregazzjonijiet jieħdu sehem f’li jagħtu kontribuzzjonijiet lill-Fond tas-Soċjetà għas-Sala tas-Saltna huwa eżempju taʼ l-applikar taʼ liema prinċipju? [jv pġ. 344 pari. 3-4]
14. Il-bnedmin b’liema modi jibbenefikaw mis-sagrifiċċju taʼ Ġesù f’dan iż-żmien? [kl-MT pġi. 68-9 pari. 17-19]
15. Għala m’għandniex noqogħdu lura milli nispjegaw lill-inkwilini li x-xogħol tagħna huwa appoġġjat minn donazzjonijiet volontarji? [jv pġ. 349 par. 4]
16. “Elija l-profeta” f’liema sens deher fl-ewwel seklu, bi twettiq taʼ Malakija 4:5? [si pġ. 174 par. 15]
17. Id-dnub kif infirex għal fuq il-bnedmin kollha? [kl-MT pġ. 58 par. 13]
18. Fejn fil-ktieb taʼ Mattew insibu l-parir għaqli li Ġesù ta dwar kif jiġu rranġati diffikultajiet serji? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w95 7/15 pġ. 22.]
19. X’inhu d-“dinier” imsemmi fil-parabbola taʼ Ġesù ddokumentata f’Mattew 20:1-16? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara gt-MT 97 par. 6.]
20. Semmi żewġ affarijiet li ġew ipprovati mill-fatt li Alla ppermetta l-ħażen. [kl-MT pġi. 77-8 pari. 18-20]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew il-frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. L-ewwel tliet Vanġeli huma taʼ spiss imsejħin sinottiċi, li jfisser “ _________________________ .” [si pġ. 175 par. 3]
22. Ir-regħba ġagħlet lil _________________________ , l-ajjutant t’Eliżew, biex jipprova jibbenefika materjalment mill-fejqan li sidu ta lil _________________________ mill-ġdiem. [it-1 pġ. 905 par. 2]
23. Billi rrifjuta li jagħti kas twissija mingħand il-kapijiet tal-qawwiet militari, _________________________ ġie assassinat minn Ixmael u l-irġiel tiegħu. [it-1 pġ. 903 par. 12]
24. Jehovah uża l-profeti _________________________ u _________________________ biex jerġgħu jkebbsu l-entużjażmu tal-poplu Tiegħu għall-bini mill-ġdid tat-tempju. [it-1 pġ. 1018 pari. 4-5]
25. L-“ispirtu” li mal-mewt jitlaq mill-bnedmin huwa _________________________ li toriġina mingħand Alla. (Salm 146:4) [kl-MT pġ. 81 pari. 5-6]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Hemm evidenza li Mattew kiteb il-Vanġelu tiegħu (bl-Ebrajk; bl-Aramajk; bil-Grieg) u iktar tard qalbu (għall-Ebrajk; għall-Aramajk; għall-Grieg). [si pġ. 176 par. 6]
27. (Ġeżebel; Sara; Ħagar) ħadet sehem fi dramm simboliku fejn hi tirrappreżenta lill-ġens taʼ Israel tal-laħam, li ġie maqtugħ mill-favur taʼ Jehovah. [it-1 pġ. 1018 par. 2]
28. Ħafna Afrikani tal-Punent saru l-ewwel midħla tal-verità permezz tat-taħditiet stimulanti mill-Bibbja taʼ (Edwin Skinner; W. R. Brown; Juan Muniz). [jv pġ. 433 pari. 2-5]
29. L-attentat kollu kburija taʼ (Ħaman; Ħamat; Ħanun) biex isir ġenoċidju tal-Lhud ġie sfrattat mir-Reġina (Rut; Ester; Debora). [it-1 pġ. 1024 par. 2]
30. Ġesù sar il-Messija (fit-twelid; fil-magħmudija; fl-irxoxt) tiegħu, u dan ġara fis-sena (2 Q.E.K.; 29 E.K.; 33 E.K.). [kl-MT pġ. 65 par. 12]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
1 Sam. 1:12-16; Matt. 4:8-10; Matt. 16:19; Ġak. 1:13; 1 Ġwn. 5:19
31. Alla m’huwiex il-kaġun tal-ħafna tbatijiet li jifilġu lill-umanità. [kl-MT pġ. 71 par. 3]
32. Is-segwaċi veri taʼ Ġesù jirrifjutaw li jinvolvu ruħhom f’affarijiet politiċi taʼ din id-dinja. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara wMT96 5/1 pġ. 25 par. 9 (w96 5/1 pġ. 12 par. 9).]
33. Għarfien dwar is-Saltna t’Alla kien se jiftaħ it-triq għas-sema għal-Lhud, għas-Samaritani, u għall-Ġentili. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w91 3/15 pġ. 5.]
34. Jekk xi darba niġu ġġudikati ħażin minn xi ħadd, attitudni umli u tweġiba bir-rispett taʼ spiss jiksbu l-akbar ammont taʼ ġid. [it-1 pġ. 1031 par. 5]
35. Il-Kristjani għandhom raġun jibqgħu separati mid-dinja. [kl-MT pġ. 60 par. 18]