LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/97 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Mejju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Mejju
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Sottitli
  • Ġimgħa Li Tibda 5 Taʼ Mejju
  • Ġimgħa Li Tibda 12 Taʼ Mejju
  • Ġimgħa Li Tibda 19 Taʼ Mejju
  • Ġimgħa Li Tibda 26 Taʼ Mejju
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 5/97 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Mejju

OTA: L-​iskeda taʼ Il-​­Ministeru Tas-​Saltna se jkollha Laqgħa Tas-​Servizz kull ġimgħa matul ix-​xhur tas-​sajf. Il-​kongregazzjonijiet jistgħu jagħmlu xi tibdil skond il-​bżonn biex jagħmlu tajjeb għal meta jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali “Fidi Fil-​Kelma T’Alla” u mbagħad għal reviżjoni taʼ 30 minuta tal-​punti prinċipali fil-​programm fil-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa taʼ wara. Ir-​reviżjoni taʼ kull ġurnata tal-​programm fil-​konvenzjoni distrettwali għandha tingħata bil-​quddiem lil tnejn jew tliet aħwa kwalifikati li jkunu kapaċi jiffokaw fuq punti li jispikkaw. Din ir-​reviżjoni preparata sewwa se tgħin lill-​kongregazzjoni biex tiftakar il-​punti prinċipali ħalli tapplikahom personalment u għall-​użu fl-​għalqa. Kummenti mill-​udjenza u rakkontar t’esperjenzi għandhom ikunu fil-​qosor u relevanti.

Ġimgħa Li Tibda 5 Taʼ Mejju

Għanja 130

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna.

12 min: “Segwi Lil Ġesù Kontinwament.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi esperjenzi mit-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru, 1993, paġna 10 (w93 6/1 pġ. 12).

23 min: “Uri Tħassib Ġenwin Fl-​Interess Kollu Li Ssib.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Enfasizza l-​bżonn li mmorru lura kulfejn ikun intwera l-​interess. Issuġġerixxi xi modi kif bit-​tattika nistgħu nitolbu l-​indirizz tad-​dar taʼ dawk li nkunu ltqajna magħhom f’postijiet pubbliċi sabiex inkunu nistgħu nagħtuhom iktar xiehda. Ħejji pubblikaturi kapaċi biex jagħmlu turija taʼ tnejn mill-​preżentazzjonijiet issuġġeriti f’paragrafi 6-9. Irrevedi l-​kaxxa, “Kif Ikollok Suċċess F’Li Tagħmel Żjajjar Lura,” f’paġna 3 taʼ l-​insert taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Marzu 1997. Inkuraġġixxi lil kulħadd ħalli jwarrab ftit ħin kull ġimgħa biex jagħmel iż-​żjajjar lura.

Għanja 151 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 12 Taʼ Mejju

Għanja 133

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

12 min: Kaxxa Għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.

23 min: “Konvenzjoni Distrettwali ‘Fidi Fil-​Kelma T’Alla’ Għall-​1997.” (Paragrafi 1-14) Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafi 8, 10, u 13. Enfasizza l-​importanza Skritturali taʼ li b’attenzjoni nżommu d-​dehra u l-​kondotta Kristjana u modesta tagħna u li nieħdu ħsieb it-​tfal tagħna kif jixraq.

Għanja 162 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 19 Taʼ Mejju

Għanja 139

7 min: Avviżi lokali.

20 min: “Nikkonduċu Studji Tal-​Bibbja Fid-​Djar Progressivi.” Ħu kapaċi jiddiskuti l-​artiklu maʼ wieħed jew żewġ pubblikaturi li jmorru tajjeb f’li jikkonduċu studji. Billi jużaw partijiet mill-​ktieb Għarfien bħala eżempji, huma jsemmu x’metodi taʼ tagħlim jgħinuhom iżommu l-​istudju miexi b’ritmu tajjeb u li jħalluhom jagħrfu x’inhu attwalment jitgħallem l-​istudent.​—Ara l-​insert taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996, paragrafi 5, 8, 12, u 21.

18 min: “Konvenzjoni Distrettwali ‘Fidi Fil-​Kelma T’Alla’ Għall-​1997.” (Paragrafi 15-​21) Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafu 15 u l-​iskritturi ċitati. Enfasizza l-​bżonn taʼ l-​ordni u li naħsbu f’oħrajn, speċjalment meta niġu għas-​siġġijiet. Ikkonkludi b’taħdita qasira billi tirrevedi “Tfakkiriet Tal-​Konvenzjoni Distrettwali.”

Għanja 165 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 26 Taʼ Mejju

Għanja 148

15 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-​offerta tal-​letteratura għal Ġunju. Billi tuża l-​ktieb Għarfien, spjega kif il-​ħsibijiet f’paragrafi 17-​19 f’paġni 10-​11 jistgħu jintużaw biex nippreparaw preżentazzjoni qasira. Agħti tfakkira dwar li nsemmu l-​arranġament tad-​donazzjoni kulmeta tqum l-​okkażjoni. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jikkonċentra ħalli jipprova jibda xi studji. Isħaq dwar il-​bżonn li ngħinu lil uħud li juru interess biex jipprogressaw malajr.​—Ara t-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar 1996, paġni 8-​9 (w96 1/15 pġi. 13-​14).

12 min: “Għala Nibqgħu Mmorru Lura?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi punti mill-​kaxxa f’paġna 570 tal-​ktieb Pro­claim­ers.

18 min: Bżonnijiet lokali. Taħdita minn anzjan jew diskussjoni bejn żewġ anzjani, billi jittrattaw xi bżonn spiritwali tal-​kongregazzjoni. Agħti tħeġġiġ Skritturali u suġġerimenti prattiċi għal titjib.

Għanja 174 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja