Laqgħat tas-Servizz għal Ġunju
Ġimgħa Li Tibda 2 Taʼ Ġunju
8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna. Ikkummenta fuq ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Frar kemm taʼ Malta u kemm tal-kongregazzjoni lokali.
15 min: “Nagħmlu Kollox ‘B’Ħeġġa Akbar.’” Mistoqsijiet u tweġibiet.—Ara wkoll il-Watchtower tal-15 t’April, 1993, paġni 28-30.
22 min: “L-Għarfien Mingħand Alla Jwieġeb Ħafna Mistoqsijiet.” Iċ-chairman jiddiskuti l-artiklu maʼ żewġ jew tliet pubblikaturi, inkluż wieħed żagħżugħ. Ikkummenta fuq paragrafu 1, billi tenfasizza għala l-ktieb Għarfien huwa daqshekk effettiv f’li jgħinna nwieġbu mistoqsijiet. Ħejji sessjoni taʼ turijiet fil-prattika, u issuġġerixxi xi titjib wara kull preżentazzjoni.
Għanja 200 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 9 Taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Tfakkiriet Għas-Sajf. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Il-biċċa l-kbira minna nippjanaw attivitajiet żejda matul ix-xhur tas-sajf, u dawn jistgħu jinkludu xi btala, li nżuru l-qraba, jew li nirrikreaw ruħna. Kif nistgħu norganizzaw l-affarijiet biex l-attivitajiet spiritwali ma jiġux traskurati? Iddiskuti dan li ġej: (1) Li nattendu t-tlett ijiem kollha kemm huma tal-konvenzjoni distrettwali. (2) Li nibqgħu nattendu regolarment il-laqgħat, kemm fejn noqogħdu u kemm jekk insiefru. (3) Li nieħdu ħsieb li jkollna sehem regulari fil-ministeru, u jekk insiefru, li nibagħtu r-rapporti tas-servizz taʼ l-għalqa lill-kongregazzjoni. (4) Li nieħdu magħna provista taʼ letteratura għall-għoti taʼ xiehda informali waqt l-ivvjaġġar. (5) Li nagħtu iktar xiehda fil-għaxija matul il-ġranet twal tas-sajf. (6) Li nagħmlu x-xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’xahar minnhom jew iktar tas-sajf. (7) Li l-anzjani jżommu l-attivitajiet tal-kongregazzjoni organizzati tajjeb u li jkunu ċerti li hemm xi ħadd biex jieħu ħsieb taʼ l-inkarigi mogħtijin lil xi ħadd li ma jkunx preżenti.
20 min: Ngħallmu Lil Oħrajn—Bżonn Urġenti. Taħdita mogħtija minn anzjan. Irrevedi r-rapport tas-servizz taʼ madwar id-dinja għall-1996 li hemm f’paġna 33 tan-1997 Yearbook. L-isforz intensifikat biex tingħata xiehda lin-nies kulfejn jistgħu jinstabu qiegħed jagħti l-frott. Il-bżonn urġenti taʼ bħalissa huwa li mmorru lura kulfejn inkunu ħallejna xi letteratura u li ngħallmu lin-nies il-verità. Meta nikkuntattjawhom f’postijiet pubbliċi, staqsi bit-tattika għal isimhom u l-indirizz sabiex tkun tistaʼ ssir żjara lura. Hemm bżonn li nagħmlu iktar milli sempliċement niżirgħu ż-żerriegħa tas-Saltna; irridu wkoll insaqquha. (1 Kor. 3:6-8) Meta tinżeraʼ żerriegħa f’ħamrija tajba, tagħlim tajjeb jistaʼ jgħin lill-individwu biex jifhimha. (Matt. 13:23) Irridu nieħdu sehem bis-sħiħ u bis-sengħa kemm jistaʼ jkun fix-xogħol tat-tagħlim. (Lhud 5:12a) Daħħal xi punti mill-insert taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna taʼ Ġunju 1996, paragrafi 25-6. Enfasizza l-bżonn li nipprovaw nibdew studji jew fil-brochure X’Jirrikjedi jew fil-ktieb Għarfien.
Għanja 204 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 16 Taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Issuġġerixxi xi punti li nistgħu nitkellmu dwarhom minn fuq ir-rivisti taʼ l-aħħar.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Tidentifika R-Reliġjon Tiegħek Bħala Vera Jew Falza. Anzjan imexxi diskussjoni maʼ żewġ jew tliet pubblikaturi kapaċi, ibbażata fuq l-Awake! tat-22 taʼ Diċembru, 1989, paġna 18. Ħafna nies li jidhru li huma sinċieri qiegħda ssirilhom żjara ripetutament. Madankollu, dawn qatt m’aċċettaw studju tal-Bibbja. Iddiskuti kif xi punti minn dan l-artiklu taʼ l-Awake! jistgħu jintużaw biex jagħmluhom konxji tal-bżonn li jaġixxu fi qbil maʼ l-għarfien eżatt. Irreferi għal xi punti prinċipali fil-ktieb Għarfien, kapitlu 5: “Il-Qima Taʼ Min Jaċċetta Alla?” Aqra paragrafu 20. Jistgħu jsiru żjajjar lura maʼ individwi bħal dawn biex ninkuraġġuhom bil-ħlewwa u bit-tattika biex jaċċettaw studju u jattendu l-laqgħat.
Għanja 201 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 23 Taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali.
15 min: X’Inhuma Jgħidu Dwarna? Taħdita bbażata fuq l-informazzjoni misjuba fil-Watch Tower Publications Index 1986-1995, paġni 341-3. Agħżel xi “Statements by Others” (Stqarrijiet minn Oħrajn) li jispikkaw dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah—il-kondotta tagħna u xogħolna. Uri kif oħrajn ġew impressjonati b’mod favorevoli b’dak li jaraw fina. Spjega għala dan għandu dejjem iqanqalna biex inġibu ruħna kif jixraq u biex nipperseveraw fix-xogħol tagħna. Semmi kif nistgħu nużaw kummenti favorevoli bħal dawn meta nitkellmu maʼ wħud li nafuhom u maʼ persuni li juru interess li jridu jkunu jafu iktar dwarna.
20 min: “Ġenituri—Ħarrġu Lil Uliedkom Biex Jippridkaw.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi d-direzzjoni fil-ktieb Our Ministry, paġni 99-100, taħt is-sottitlu “Helping Young People” (Ngħinu Wħud Żgħażagħ).
Għanja 211 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 30 Taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ġunju.
20 min: “Żgħażagħ—X’Inhuma L-Miri Spiritwali Tagħkom?” Żewġ missirijiet jiddiskutu l-artiklu flimkien. Huma jikkunsidraw kif jistgħu jgħinu lil uliedhom japprezzaw għala huwa essenzjali li jkollhom miri spiritwali, li se jġibu barkiet spiritwali, minflok ma jiġru wara interessi materjalistiċi.—Ara wkoll il-ktieb Our Ministry, paġni 116-18.
15 min: Nippreparaw Għall-Offerta Tal-Letteratura Għal Lulju. Agħżel xi brochure jew tnejn li ntlaqgħu tajjeb fit-territorju lokali, u irrevedi xi ftit mill-punti li jispikkaw taʼ kull wieħed minnhom. Issuġġerixxi xi modi kif tistaʼ ssir preżentazzjoni bihom. Fakkar lil kulħadd biex isemmi l-arranġament tad-donazzjoni kulmeta tqum il-mistoqsija tal-ħlas, biex iżomm rekord taʼ x’letteratura tħalliet, u biex jirritorna u jikkultiva l-interess.
Għanja 109 u talba taʼ l-għeluq.
(Ikompli f’paġna 3, kol. 3)
Laqgħat Tas-Servizz (Ikompli)