Laqgħat tas-Servizz għal Lulju
Ġimgħa Li Tibda 7 Taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna. Ikkummenta fuq ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu, kemm tal-pajjiż u kemm tal-kongregazzjoni lokali.
15 min: “Il-Fedeltà Tiġi Ppremjata.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi l-eżempju rrakkontat fl-Awake! tat-22 taʼ Jannar, 1993, paġni 18-21.
20 min: “Għin Lil Oħrajn Isibu L-Faraġ.” Diskussjoni maʼ l-udjenza. Ħejji turija taʼ xi preżentazzjoni jew tnejn. Stieden lil uħud fl-udjenza biex isemmu xi modi oħrajn li bihom bdew konversazzjonijiet, billi wżaw l-istess brochures. Inkuraġġixxi l-użu taʼ kliem sempliċi u meqjus tajjeb biex inqajmu l-interess. (Ara l-iSchool Guidebook, paġna 7, paragrafi 9-11.) Semmi liema brochures oħrajn jistgħu jintużaw u li l-kongregazzjoni għandha ħażna tagħhom. Meta toffri l-brochures, toqgħodx lura milli ssemmi l-arranġament tad-donazzjoni kulmeta l-inkwilin jistaqsi dwar il-ħlas.
Għanja 70 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 14 Taʼ Lulju
12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Irrevedi “Se Nistudjaw Il-Ktieb L-Hena Fil-Familja.”
18 min: “Agħti Xiehda Kulfejn Hemm In-Nies.” Taħdita. Skond ma jippermetti l-ħin, tistaʼ taqsam xi esperjenzi oħrajn mill-Yearbook tan-1997, paġni 43-6.
15 min: Ġenituri—Għallmu Lil Uliedkom Minn Ċkunithom. Anzjan jiddiskuti prinċipji Skritturali li juru l-bżonn tal-ġenituri li jgħallmu lil uliedhom minn żgħorithom. (Prov. 22:6; 2 Tim. 3:14, 15) Xi ġenituri jħossu li edukazzjoni Biblika bis-serjetà m’għandhiex tingħata lit-tfal qabel dawn ikunu kbar biżżejjed biex jiddeċiedu għalihom infushom. F’każijiet bħal dawn ħafna tfal spiċċaw intrebħu mid-dinja. L-istruzzjoni spiritwali għandha tibda mill-infanzja. (g97 3/8 26-7; w-MT88 11/1 8-9 [w88 8/1 12-13]) Intervista koppja miżżewġa li juru tħassib dwar l-ispiritwalità taʼ wliedhom. Uri kif il-missier jieħu t-tmexxija imma kif iż-żewġ ġenituri jagħmlu l-parti tagħhom f’li jipprovdu programm konsistenti u bir-reqqa biex jgħallmu lil uliedhom. Il-koppja tirrakkonta x’kienu qegħdin jagħmlu biex jipprovaw jgħallmu l-verità lil uliedhom, billi japplikaw is-suġġerimenti li pprovdiet l-organizzazzjoni dwar li jkollna programm tajjeb u prattiku biex ngħallmu ġewwa d-dar. L-anzjan jenfasizza l-importanza taʼ li napplikaw dak li l-Kelma t’Alla tħeġġeġ lill-ġenituri biex jagħmlu.—w85 4/1 23; Efe. 6:1-4.
Għanja 71 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 21 Taʼ Lulju
12 min: Avviżi lokali. Irrevedi “Il-Programm Ġdid Taʼ L-Assemblea Tas-Circuit.”
13 min: “Min Se Jmurilna?” Taħdita pożittiva. Inkludi inkuraġġiment biex nagħmlu x-xogħol taʼ pijunier regulari u l-esperjenza li hemm fl-insert taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna taʼ Frar 1997, paragrafi 16-17. Dawk li ma jistgħux ikunu pijunieri regulari forsi jixtiequ li jippjanaw minn qabel f’liema xahar (jew xhur) se jkunu pijunieri awżiljarji matul is-sena taʼ servizz li ġejja.
20 min: Kun Preparat Biex Tagħti Xiehda Informali. Kuljum, jinqalgħu opportunitajiet biex nagħtu xiehda lin-nies li niltaqgħu magħhom. Meta tqum l-opportunità, forsi nindunaw li m’għandniex Bibbja jew pubblikazzjonijiet x’nużaw. Ippjana minn qabel. Ġewwa d-dar, żomm xi letteratura x’imkien qrib il-bieb taʼ barra fejn tilqaʼ l-viżitaturi. Poġġi varjetà taʼ letteratura ġewwa briefcase jew basket, u ġorrhom miegħek jew fil-karozza tiegħek, fuq il-post tax-xogħol, jew fil-locker tiegħek taʼ l-iskola. Żomm xi ħaġa fuqek meta tuża l-karozza tal-linja. Inkludi xi letteratura fil-bagalja meta ssiefer minħabba n-negozju, meta tivvjaġġa għal xi konvenzjoni, jew meta tmur xi vaganza. Iddiskuti xi suġġerimenti oħrajn fl-iSchool Guidebook, paġni 80-2, paragrafi 11-16. Uri fil-qosor diversi modi kif nistgħu navviċinaw lil xi bejjiegħ, wieħed li jaħdem magħna fuq il-post tax-xogħol, student fl-iskola tagħna, xi ħadd ieħor li qiegħed jivvjaġġa, jew xi ħadd li qiegħed fuq btala.
Għanja 72 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 28 Taʼ Lulju
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa. Irrevedi l-offerta tal-letteratura għal Awissu. Ikkonċentra dwar li f’Awissu jsiru ż-żjajjar lura fejn inkunu ħallejna l-brochures f’Lulju, fil-waqt li nipprovaw nibdew studji tal-Bibbja. Billi tuża l-insert taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna taʼ Marzu 1997, semmi xi wħud mill-affarijiet essenzjali għal żjara lura effettiva. L-istudji għandhom jinbdew bil-brochure X’Jirrikjedi jew bil-ktieb Għarfien.
15 min: Bżonnijiet lokali.
18 min: Wettaq Bis-Sħiħ Il-Ministeru Tiegħek. Taħdita mill-indokratur tas-servizz ibbażata fuq il-ktieb Our Ministry, paġni 5-8. Enfasizza l-importanza u l-urġenza tax-xogħol taʼ l-ippridkar, billi tqanqal lil kulħadd iqis ir-responsabbiltà tiegħu bħala ministru bis-serjetà.
Għanja 75 u talba taʼ l-għeluq.