LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/97 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 9/97 p. 3

Avviżi

◼ Offerta tal-​letteratura għal Settembru: Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Ottubru: Kopji individwali taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa u Stenbaħ! bil-​Malti u bl-​Ingliż. Mill-​aħħar parti tax-​xahar ’il quddiem, se titqassam l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Novembru: Se jkompli t-​tqassim taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Il-​kongregazzjonijiet li jlestu t-​territorju tagħhom billi jilħqu kull dar jew abitazzjoni b’kopja taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35 jistgħu joffru l-​ktieb Għarfien. Diċembru: In-​New World Translation flimkien mal-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.

◼ L-​indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jeżamina l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-​data. Għandu jsir avviż lill-​kongregazzjoni meta dan ikun seħħ.

◼ L-​anzjani huma mfakkrin biex jagħmlu kif juru l-​istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 21-3 tal-​Watchtower tal-​15 t’April, 1991, rigward persuni maqtugħin mis-​sħubija jew diżassoċjati li jistgħu jkunu inklinati lejn li jerġgħu jiġu aċċettati.

◼ Dawk imseħbin maʼ xi kongregazzjoni għandhom jibagħtu xi abbonamenti ġodda u mġeddin fuq il-​cassette għal The Watchtower u Awake!, inklużi l-​abbonamenti persunali tagħhom, permezz tal-​kongregazzjoni.

◼ Is-​Soċjetà ma tilqax talbiet mingħand pubblikaturi individwali għal xi letteratura. L-​indokratur li jippresiedi għandu jirranġa li jsir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-​Soċjetà t-​talba tal-​kongregazzjoni taʼ kull xahar għal-​letteratura sabiex dawk kollha interessati li jiksbu xi oġġetti taʼ letteratura persunali jistgħu jinformaw lill-​ħu inkarigat mil-​letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema huma dawk l-​oġġetti li jinkisbu fuq talba speċjali.

◼ Meta jordnaw xi letteratura, il-​kongregazzjonijiet għandhom iżommu f’moħħhom li s-​CD-ROM tas-​Soċjetà m’għandhiex titqassam bla distinzjoni. Din hija primarjament għall-​użu tal-​pubblikaturi.

◼ Il-​“Kaxxa Għall-​Mistoqsija” taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Mejju 1997 tatna parir biex noqogħdu attenti dwar li naħdmu fil-​ministeru maʼ pubblikaturi tas-​sess oppost. Hemm raġunijiet tajbin għala lkoll kemm aħna għandna nużaw l-​għaqal f’dan ir-​rigward. Dan ma jfissirx li indokraturi li jivvjaġġaw jew saħansitra aħwa rġiel oħrajn ma jistgħux jaħdmu fil-​ministeru taʼ l-​għalqa m’aħwa nisa. Minflok, il-​ħsieb kien li ma jkunx għaqli għal ħu li b’mod regulari jqattaʼ ħin waħdu maʼ l-​istess persuna tas-​sess oppost li ma jkunx jiġi minnha.

◼ Għandkom il-​pjaċir tkunu tafu li 99 pubblikatur differenti ġew irrapportati li kienu pijunieri awżiljarji matul ix-​xhur taʼ Marzu sa Mejju. X’reazzjoni taʼ min ifaħħarha għall-​istedina fl-​insert taʼ Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Frar!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja