LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/97 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz Għal Settembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz Għal Settembru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 9/97 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz Għal Settembru

Ġimgħa Li Tibda 1 Taʼ Settembru

Għanja 26

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna.

15 min: “Poġġi L-​Iktar Affarijiet Importanti L-​Ewwel.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Skond ma jippermetti l-​ħin, ikkummenta fuq “Setting Proper Priorities” fl-​Awake! tat-​22 taʼ Frar, 1987, paġni 8-9.

20 min: “Naqsmu M’Oħrajn Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja.” Taħdita li tkopri paragrafi 1 u 6-8. Offri turijiet fuq paragrafi 2-5. Enfasizza li nżommu moħħna fuq li nagħmlu dixxipli u li nilħqu l-​mira taʼ li nibdew studji.

Għanja 107 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 8 Taʼ Settembru

Għanja 27

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

20 min: Qiegħed Tużah L-​iSchool Brochure? Anzjan jiddiskuti l-​Watchtower taʼ l-​1 t’Ottubru, 1985, paġni 30-1, maʼ xi ġenituri u tfal. Dawn jirrakkontaw l-​esperjenzi persunali tagħhom taʼ meta wżaw l-​iSchool brochure.

15 min:  Anzjan jiddiskuti “Qanqal Lill-​Istudenti Lejn Dedikazzjoni u Magħmudija” (km-MT 6/96 insert, pari. 20-2) maʼ pubblikaturi bl-​esperjenza li jikkonduċu studji.

Għanja 109 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 15 Taʼ Settembru

Għanja 30

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Agħmel Użu Tajjeb Mill-​Vidjos. Irrevedi s-​suġġerimenti dwar l-​użu tal-​vidjos tas-​Soċjetà u rrakkonta xi esperjenzi lokali li juru kif nistgħu nużaw iktar il-​vidjos, kemm fil-​familji tagħna u kemm fil-​ministeru tagħna.

10 min: Bżonnijiet lokali.

10 min: “Studji Tal-​Bibbja Li Jipproduċu Dixxipli.” Taħdita.

Għanja 112 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 22 Taʼ Settembru

Għanja 32

8 min: Avviżi lokali.

17 min: Kif Tibda Konversazzjoni. Ħafna mis-​suċċess tagħna fil-​ministeru jiddependi fuq li nkunu kapaċi ninkludu lil nies oħrajn f’konversazzjonijiet sinjifikanti. Meta jirnexxilna ngħidu xi ħaġa li ġġiegħel lil oħrajn jagħtu widen, inkunu għelibna waħda mill-​akbar ostakli li niffaċċjaw fl-​għoti taʼ xiehda. Iddiskuti maʼ l-​udjenza l-​punti prinċipali fl-​iSchool Guidebook, studju 16, paragrafi 11-​14. Ħejji pubblikaturi li jafu kif u li jirnexxilhom jibdew konversazzjonijiet biex isemmu l-​kliem tal-​ftuħ li huma jużaw meta jitkellmu maʼ nies bħal (1) xi ħadd miexi fit-​triq, (2) passiġġier fil-​karozza tal-​linja, (3) skrivan li jaqdi lin-​nies, (4) xi ħadd li għadu kemm għamel xi xirja u sejjer lejn il-​karozza tiegħu, (5) persuna bil-​qiegħda f’xi ġnien, u (6) xi ħadd li qiegħed jingħata xiehda permezz tat-​telefon.

20 min: Irrevedi r-​Rapport tal-​Kongregazzjoni għas-​Sena taʼ Servizz 1997. L-​indokratur tas-​servizz ifaħħar lill-​kongregazzjoni taʼ l-​isforz mill-​aħjar, speċjalment matul Marzu, April, u Mejju. Joffri xi suġġerimenti mill-​ġemgħa taʼ l-​anzjani u mill-​aħħar rapport taʼ l-​indokratur tas-​circuit biex tiżdied l-​attività fis-​servizz taʼ l-​għalqa u fl-​istudji tal-​Bibbja. Semmi xi miri prattiċi għas-​sena l-​ġdida taʼ servizz, inklużi li nibdew u nikkonduċu studji tal-​Bibbja u li nagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju matul ix-​xhur li għandhom ħames Sibtijiet u Ħdud​—Novembru, Mejju, Awissu.

Għanja 113 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 29 Taʼ Settembru

Għanja 37

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa. Semmi li mill-​ġimgħa d-​dieħla se nibdew nistudjaw il-​ktieb L-​Hena Fil-​Familja fl-​istudju tal-​ktieb. Bi tħejjija għax-​xogħol bir-​rivisti f’Ottubru, iddiskuti l-​bżonn li ‘Nanalizzaw It-​Territorju Tagħna,’ ‘Insiru Midħla Tar-​Rivisti,’ ‘Nippreparaw Il-​Kliem Tagħna Tal-​Ftuħ,’ ‘Naddattaw Skond L-​Inkwilin,’ u ‘Ngħinu Lil Xulxin,’ minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna t’Ottubru 1996, paġna 8.

15 min: X’għandu Jagħmel Kristjan Meta Jissejjaħ Biex Jaqdi F’Ġuri? Taħdita minn anzjan mill-​Watchtower taʼ l-​1 t’April, 1997, paġni 27-9.

15 min: Igglorifika L-​Ministeru Tiegħek. Diskussjoni maʼ l-​udjenza fuq il-​ktieb Our Ministry, paġni 81-3. Staqsi dawn il-​mistoqsijiet biex tenfasizza l-​punti prinċipali: (1) Aħna kif nibbenefikaw billi nsegwu l-​eżempju taʼ Ġesù? (2) Kemm hija importanti r-​responsabbiltà tagħna li nippridkaw? (3) Liema motivi qanqluna biex niddedikaw ħajjitna lil Jehovah? (4) Liema għamla taʼ kondotta hija meħtieġa jekk persuna trid taqdi ’l Alla? (5) X’nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif ippriedka Ġesù?

Għanja 121 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja