Għanja 107
Infaħħru ’l Jehovah bi Qlubija!
1. Infaħħru ’l Jehovah bi qlubija
Għax b’qawwitu ’l-għadu niffaċċjaw.
Qatt ma nħallu ’l-egħdewwa jnikktuna.
Ma nibżgħux ’il quddiem nimmarċjaw.
(Kor)
2. Infaħħru ’l Jehovah bi qlubija
U nagħtu t-twissija lil kulħadd;
Għax Ġesù dalwaqt jeqred lill-ħżiena,
Twemmin falz li tmiemu qed jingħadd.
(Kor)
3. Infaħħru ’l Jehovah bi qlubija,
Waqt li ngħallmu ’l nies sew u ġwejdin,
Nuruhom il-privileġġ li jaqdu
’L Alla biex jgħixu dejjem henjin.
(KOR)
Inxandru l-aħbar tas-salvazzjoni.
Inressqu n-nies lejn dedikazzjoni.
Infaħħru ’l Jehovah bi qlubija,
Ngħidu dwar ismu kbir u qaddis.