Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni Mingħajr L-użu Tal-kotba Fuq Il-materjal Mgħoddi fl-inkarigi Taʼ L-iskola Tal-ministeru Teokratiku Għall-ġimgħat Mill-1 Taʼ Settembru Sat-22 Taʼ Diċembru, 1997. Uża Karta Separata Biex Tikteb It-tweġibiet Tal-mistoqsijiet Skond Kemm Tilħaq fil-ħin Assenjat. [Nota: Matul Ir-reviżjoni Bil-kitba, Il-bibbja Biss Tistaʼ Tintuża Biex Tiġi Mwieġba Kwalunkwe Mistoqsija. Ir-referenzi Li Ssib Wara L-mistoqsijiet Huma Għar-riċerka Persunali Tiegħek. Jistaʼ Jkun Li N-numru Tal-paġna U Tal-paragrafu Ma Jidhrux fir-referenzi Kollha Għal It-torri Taʼ L-għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Għalkemm ir-rakkont jistqarr li s-Sultan taʼ bla fidi Ġoram ħakem fis-saltna tat-tramuntana taʼ Iżrael, ma nafux min kienu l-ġenituri tiegħu jew kif miet. [it-1 p. 1270 pari. 8, 12]
2. F’Luqa 22:30, it-“tnax-il tribù taʼ Iżrael” għandhom l-istess sinjifikat bħal f’Mattew 19:28, fejn l-applikar imur lil hinn mis-sottoqassisin taʼ Ġesù mnisslin bl-ispirtu u jinkludi l-kumplament taʼ l-umanità. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT87 6/1 pġ. 18 par. 10; pġ. 19 par. 12 (w87 3/1 pġ. 27 par. 10; pġ. 28 par. 12).]
3. Ir-raġuni għala d-dixxipli taʼ Ġesù stagħġbu għax rawh jitkellem maʼ mara Samaritana kienet li din kellha stil taʼ ħajja immorali. (Ġwann 4:27) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 8/1 p. 13 pari. 1-2 (w95 7/15 p. 15 pari. 1-2).]
4. L-espressjoni “sa mill-bidu” fi Ġwann 6:64 tindika li dak inhar li Ġuda kien intgħażel bħala appostlu, Ġesù kien jaf li hu kellu jkun dak li se jittradiH. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara it-2 p. 129 pari. 4-6.]
5. L-att tas-Soċjetà taʼ l-1884 irrefera għaliha bħala li hi biss organizzazzjoni taʼ l-ippubblikar. [jv p. 576 par. 1]
6. Eżodu 21:22, 23 jgħinna nirrikonoxxu li Alla jħares lejn it-tarbija umana li għadha ma twelditx bħala ħajja prezzjuża. [kl-MT p. 128 par. 21]
7. Il-‘festa tal-Lhud’ imsemmija fi Ġwann 5:1 tirreferi għall-festa tal-Qbiż tas-sena 31 E.K. [si p. 194 par. 8]
8. Li nxerrdu l-messaġġ tas-saltna permezz taʼ xandiriet fuq ir-radju u t-televiżjoni huwa effettiv daqs kull metodu ieħor li nistgħu nużaw. [jv p. 572 par. 3]
9. Peress li Ġeħojakin kellu sebaʼ subjien, id-digriet Skritturali, “Iktbu ’l dan ir-raġel bħallikieku bla tfal,” bilfors li kien xi żball. (Ġer. 22:30) [it-1 p. 1267 par. 10]
10. Kemm jekk l-awtoritajiet ċivili jkunu meqjusin bħala ġusti u kemm jekk le, il-Kristjani veri għandhom jirreġistraw iż-żwieġ tagħhom kif jixraq maʼ dawn. [kl-MT p. 122 par. 11]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Fi qbil maʼ l-eżempju tal-Kristjani Efesin taʼ l-ewwel seklu, x’inhu pass neċessarju wieħed li jrid jittieħed biex nirreżistu lill-ispirti mill-agħar? (Atti 19:19) [kl-MT p. 114 par. 14]
12. Ċerti anġli kif dinbu fi żmien Noè? [kl-MT p. 109 par. 4]
13. Ġesù għala rrifjuta li jkun involut f’tilwima dwar wirt? (Luqa 12:13, 14) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w97 4/1 p. 28.]
14. Taʼ liema ħaġa ma kinux konxji d-dixxipli meta staqsew lil Ġesù jekk kienx se jirrestawra s-Saltna taʼ Iżrael, kif iddokumentat f’Atti 1:6? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT90 9/1 p. 7 par. 4 (w90 6/1 p. 11 par. 4).]
15. Adolf Hitler għala ma rnexxilux iwettaq it-theddida tiegħu li jeqred mill-għeruq lill-poplu taʼ Jehovah? [jv p. 553 pari. 2-4]
16. Ġajru kif wera li kellu fidi fl-abbiltà taʼ Ġesù li jfejjaq? (Mark 5:22-24) [it-1 p. 1250 par. 14]
17. In-New World Translation għala tgħid li “l-Kelma kienet wieħed alla” u mhux li “l-Kelma kienet Alla,” kif jagħmlu traduzzjonijiet oħrajn fi Ġwann 1:1? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara rs 212 par. 5.]
18. Skond il-ktieb t’Apokalissi, fejn se jispiċċaw is-“saħħara [“dawk li jipprattikaw l-ispiritiżmu,” NW]” jekk dawn ma jindmux u jbiddlu triqithom? [kl-MT p. 111 par. 8]
19. Ladarba Ġesù kien raġel perfett u hu rrikonoxxa l-irwol tiegħu bħala Mgħallem, għala m’aċċettax li jissejjaħ “Mgħallem tajjeb?” (Luqa 18:18, 19) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 3/1 p. 29 par. 7 (w95 3/1 p. 15 par. 7).]
20. X’kien ġdid dwar il-kmandament imniżżel fi Ġwann 13:34? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT90 5/1 p. 13 pari. 5-6 (w90 2/1 p. 21 pari. 5-6).]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew il-frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. L-eżempju taʼ _________________________ , il-Gatti, li wera lealtà lejn _________________________ , għandu jqanqalna biex nuru din l-istess kwalità lejn dawk li llum qed jieħdu t-tmexxija fl-organizzazzjoni taʼ Jehovah. (2 Sam. 15:21) [it-1 p. 1237 par. 17]
22. L-“għaxar miniet” jirrappreżentaw _________________________ li dixxipli mnisslin mill-ispirtu setgħu jużawhom biex jipproduċu iktar _________________________ tas-Saltna tas-sema. (Luqa 19:13) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 10/1 p. 8.]
23. Tliet akkużi foloz li l-Lhud qalu kontra Ġesù lil Pilatu, il-gvernatur Ruman tal-Ġudea, inkludew li kien qed jimmina _________________________ , li kien jipprojbixxi l-ħlas taʼ _________________________ , u li kien jgħid li Hu Nnifsu kien _________________________ . (Luqa 23:2) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w90 12/1 p. 9 par. 1.]
24. Kristjani veri ma jiċċelebrawx il-Milied jew kwalunkwe btala oħra bbażata fuq twemmin reliġjuż falz għax huma jagħtu lil Jehovah _________________________ ; huma wkoll ma josservawx btajjel li _________________________ bnedmin jew ġnus. [kl-MT p. 126 par. 16]
25. Il-ktieb taʼ l-Atti nkiteb minn _________________________ waqt li kien ġewwa _________________________ . [si p. 199 par. 3]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Sa l-1992, ’il fuq minn (2,500; 4,500; 6,500) student minn (40; 80; 110) pajjiż kienu ġew imħarrġin f’Gilead u wara dan qdew f’iktar minn (100; 150; 200) art u gruppi taʼ gżejjer. [jv p. 524 par. 2]
27. Fl-(1877; 1879; 1881), Charles T. Russell ippubblika l-ktejjeb The Object and Manner of Our Lord’s Return, u fl-(1877; 1879; 1881) beda jippubblika z-Zion’s Watch Tower and Herald of Christ’s Presence. [jv p. 557 par. 1]
28. Li ngħixu ħajja devota jiggarantixxi li (dejjem se nkunu ttrattati tajjeb minn oħrajn; se ngawdu abbundanza t’affarijiet materjali issa; se jkollna t-tbissima t’approvazzjoni t’Alla għax qegħdin nagħmlu dak li huwa sewwa). [kl-MT p. 118 par. 2]
29. Meta Ġesù staqsa lill-appostlu Pietru, “Tħobbni int iktar minn dawn?,” kien qed jistaqsi lil Pietru jekk kienx iħobb Lilu iktar milli (kien iħobb lil dawn id-dixxipli l-oħrajn; dawn id-dixxipli l-oħrajn kienu jħobbu lil Ġesù; kien iħobb lil dawn l-affarijiet, bħal per eżempju l-ħut). (Ġwann 21:15) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w88 11/1 p. 31 par. 9.]
30. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawk li kienu minn taʼ quddiem f’li jxerrdu l-aħbar tajba kienu (nies sinjuri; nies li d-dinja kienet tammirahom; nies komuni. [jv p. 548 par. 3]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt: 2 Sln. 10:15, 16; Prov. 3:9, 10; Luqa 9:60, 62; 13:4, 5; Rum. 9:10-12
31. Ġesù argumenta kontra r-raġunar fatalistiku, billi rrefera għal traġedja li s-semmiegħa tiegħu kienu midħla sew tagħha u li hu evidentement waħħal fiż-żmien u ċ-ċirkostanzi. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w96 9/1 p. 5 par. 5.]
32. Jehovah wera l-abbiltà tiegħu li jiskopri l-inklinazzjoni ġenetika tat-tarbija li għadha ma twelditx u li jeżerċita l-abbiltà li jkun jaf l-affarijiet minn qabel u d-dritt li jagħżel minn qabel lil min irid hu għall-iskopijiet tiegħu. [it-1 p. 1242 par. 6]
33. Devozzjoni b’mira u ħsieb wieħed hija meħtieġa biex wieħed jidħol fis-Saltna. [si p. 192 par. 32]
34. Jehovah se jberikna talli nużaw il-ħin, l-enerġija, u riżorsi oħrajn tagħna, inklużi l-fondi tagħna, biex nippromwovu l-qima vera. [kl-MT p. 120 par. 8]
35. Wieħed irid jappoġġja lealment lil dawk li jieħdu t-tmexxija fil-qima taʼ Jehovah. [it-1 p. 1269 par. 8]