LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/98 p. 7
  • ‘Jehovah L-għajnuna Tiegħi’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Jehovah L-għajnuna Tiegħi’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • L-Ispirtu Qaddis—Għamiltu Jien l-Ajjutant Persunali Tiegħi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kuraġġ Imsaħħaħ bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Agħmel il-Ħila u Qawwi Qalbek!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • “Ara! L-​Iljun tat-​Tribù taʼ Ġuda”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 2/98 p. 7

‘Jehovah L-​għajnuna Tiegħi’

1 Meta Ġesù inkariga lill-​ewwel dixxipli tiegħu, hu qalilhom: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-​ilpup.” (Mt. 10:16) Ġagħalhom dan isiru beżgħanin u jżommu lura? Le. Huma adottaw l-​attitudni li iktar tard ġiet espressa mill-​appostlu Pawlu meta qal lil sħabu l-​Kristjani: “Ngħidu b’qalbna qawwija: ‘Il-​Mulej l-​għajnuna tiegħi: jien ma nibżax: x’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?’” (Lhud 13:6) Huma kienu jifirħu li setgħu jkunu denji li jiġu ddiżonorati minħabba isem Ġesù, u komplew mingħajr waqfien jgħallmu u jiddikjaraw l-​aħbar tajba.​—Atti 5:​41, 42.

2 Illum, ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar madwar id-​dinja wasal fl-​istadji finali tiegħu. Bħalma bassar Ġesù, aħna sirna oġġetti taʼ mibegħda għall-​ġnus kollha. (Mt. 24:9) Ix-​xogħol tagħna taʼ l-​ippridkar ġie opponut u rridikolat, u f’xi partijiet taʼ l-​art, saħansitra ġie pprojbit. Kieku tkun qed tonqosna l-​fidi, konna nistgħu nħossuna beżgħanin. Madankollu, il-​fatt li nafu li Jehovah huwa l-​Għajnuna tagħna jirrifreskana u jsaħħaħna biex nipperseveraw.

3 Il-​kuraġġ huwa l-​kwalità taʼ li tkun b’saħħtek, qalbieni, taʼ ħila. Huwa l-​oppost taʼ biżaʼ, mistħija, u ġjufija. Id-​dixxipli taʼ Ġesù dejjem kellhom bżonn il-​kuraġġ biex jissaportu. Huwa essenzjali jekk irridu nevitaw li nkunu skuraġġiti mill-​attitudnijiet u l-​azzjonijiet taʼ dinja li hi l-​għadu taʼ Alla. Kemm ninkuraġġixxu rwieħna meta naħsbu fuq l-​eżempju eċċellenti taʼ Ġesù, konkwistatur tad-​dinja! (Ġwann 16:33) Ftakar ukoll fl-​appostli, li meta kienu ffaċċjati minn provi ħorox, qalbenin iddikjaraw: “Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-​bnedmin.”​—Atti 5:29.

4 M’Aħniex minn Dawk li Jerġgħu Lura: Irridu nistinkaw biex inżommu attitudni pożittiva lejn ix-​xogħol tagħna. (Lhud 10:39) Dejjem żomm f’moħħok li aħna qed niġu mibgħutin minn Jehovah bħala espressjoni taʼ l-​imħabba u l-​ħniena tiegħu lejn l-​umanità. Hu qatt ma jitlob lill-​qaddejja tiegħu biex jagħmlu kwalunkwe ħaġa li ma sservix skop utli. Kulma niġu inkarigati nagħmlu fl-​aħħar mill-​aħħar se jiswa għall-​ġid taʼ dawk li jħobbu lil Alla.​—Rum. 8:28.

5 Ħarsa ottimista se tgħinna nkomplu nfittxu l-​uħud bħal nagħaġ fit-​territorju tagħna. Nistgħu nqisu l-​apatija li juru n-​nies bħala espressjoni tal-​frustrazzjoni u n-​nuqqas taʼ tama tagħhom. Ħalli l-​imħabba tagħna tqanqalna nkunu simpatetiċi u paċenzjużi. Kull meta nħallu l-​letteratura jew inkella nindunaw b’xi xrara taʼ interess, il-​mira tagħna għandha tkun li nagħmlu żjara lura mill-​ewwel u nistimulaw iktar interess. M’għandna qatt niddubitaw l-​abbiltà tagħna li nibdew studju tal-​Bibbja jew li nikkonduċuh b’mod effettiv. Minflok, għandna l-​ħin kollu nfittxu l-​għajnuna u d-​direzzjoni taʼ Jehovah bit-​talb, fiduċjużi li hu se jgħinna.

6 Aħna b’mod sod nemmnu li Jehovah se jiżgura li x-​xogħol se jitlesta. (Qabbel Filippin 1:6.) Il-​fiduċja sħiħa tagħna fih bħala l-​Għajnuna tagħna ssaħħaħna, sabiex “ma negħjew qatt nagħmlu l-​ġid.”​—Gal. 6:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja