Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentraw fuq li tibdew studji tal-Bibbja fid-djar. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Ġunju: Ipprovaw użaw għal kollox il-Magħqudin fil-Qima li hemm maħżunin imbagħad offru L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex.
◼ Pubblikaturi li jixtiequ jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’April u f’Mejju għandhom jagħmlu l-pjanijiet tagħhom issa u jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom kmieni. Dan se jgħin lill-anzjani biex jagħmlu l-arranġamenti tas-servizz taʼ l-għalqa li huma meħtieġa u jkollhom provvista adegwata taʼ rivisti u letteratura oħra. L-ismijiet taʼ dawk kollha li jiġu approvati bħala pijunieri awżiljarji għandhom jiġu annunzjati fil-kongregazzjoni.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd imqabbad minnu għandu jiċċekkja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Marzu jew mill-iktar fis possibbli wara dan. Avża lill-kongregazzjoni meta dan ikun sar.
◼ Is-Soċjetà ma taqdix ir-rikjesti persunali taʼ pubblikaturi individwali għal-letteratura. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-Soċjetà r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura sabiex dawk kollha interessati f’li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Il-jum taʼ assemblea speċjali li jmiss se jinżamm fil-Golden Sands Hotel nhar il-Ħadd, 17 taʼ Mejju, 1998.