LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/98 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Ġeħova Jinteressah minn Kif Nilbsu u Nidhru
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Għandek int qalb tal-laħam?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 3/98 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Għala għandna nagħtu attenzjoni speċjali lill-​ilbies u d-​dehra tagħna meta nżuru l-​faċilitajiet tas-​Soċjetà fi Brooklyn, Patterson, u Wallkill, New York, uffiċċji tal-​fergħa madwar id-​dinja, u l-​Uffiċċji tat-​Traduzzjoni fil-​Mosta?

Il-​Kristjani huma mistennijin iżommu dekôr xieraq. L-​ilbies u d-​dehra tagħna għandhom il-​ħin kollu jirriflettu d-​diċenza u d-​dinjità li jixirqu lill-​qaddejja taʼ Alla Jehovah. Dan hu minnu b’mod speċjali meta nżuru l-​faċilitajiet tas-​Soċjetà.

Matul l-​1998, se jinżammu konvenzjonijiet distrettwali u internazzjonali. Eluf minn ħutna minn ħafna artijiet se jżuru l-​kwartieri ġenerali tas-​Soċjetà f’New York kif ukoll fergħat f’pajjiżi oħrajn. Mhux biss meta nżuru dawn il-​faċilitajiet, imma fi kwalunkwe ħin ieħor ukoll, irridu ‘nqisu ruħna bħala ministri taʼ Alla f’kollox,’ inkluż l-​ilbies u d-​dehra xierqa tagħna.​—2 Kor. 6:​3, 4.

Waqt li jiddiskuti l-​importanza taʼ l-​ilbies u d-​dehra xierqa, l-​Organized to Accomplish Our Ministry jikkummenta fuq il-​bżonn taʼ ndafa fiżika, ilbies modest u dehra tajba meta nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa u nattendu għal-​laqgħat Kristjani. Imbagħad, f’paġna 131, paragrafu 2, dan jgħid: “L-​istess ħaġa tapplika meta nżuru d-​dar Betel fi Brooklyn jew kwalunkwe wieħed mill-​uffiċċji tal-​fergħa tas-​Soċjetà. Ftakar, l-​isem Betel ifisser ‘Dar taʼ Alla,’ għalhekk l-​ilbies, id-​dehra u l-​kondotta tagħna għandhom ikunu simili għal dak li hu mistenni minna meta nattendu għal-​laqgħat għall-​qima fis-​Sala tas-​Saltna.” Dan l-​istess livell għoli għandu jiġi osservat mill-​pubblikaturi tas-​Saltna mill-​inħawi lokali kif ukoll minn dawk li jiġu minn postijiet iktar ’il bogħod biex jaraw u jassoċjaw maʼ membri tal-​familja f’Betel u biex iżuru l-​faċilitajiet tal-​fergħa.

Il-ħwejjeġ tagħna għandu jkollhom influwenza pożittiva fuq oħrajn rigward kif huma jħarsu lejn il-​qima vera taʼ Jehovah. Madankollu, ġie nnotat li meta xi aħwa jżuru l-​faċilitajiet tas-​Soċjetà, dawn għandhom it-​tendenza li jilbsu b’mod każwali żżejjed. Ilbies bħal dan m’huwiex xieraq meta nżuru kwalunkwe waħda mid-​djar Betel. F’din il-​kwistjoni, bħal fl-​aspetti l-​oħrajn kollha tal-​ħajja Kristjana tagħna, nixtiequ nżommu l-​istess livelli għoljin li jiddistingwu l-​poplu taʼ Alla mid-​dinja billi nagħmlu l-​affarijiet kollha għall-​glorja taʼ Alla. (Rum. 12:2; 1 Kor. 10:31) Ikun tajjeb ukoll li nitkellmu maʼ l-​istudenti tagħna tal-​Bibbja u oħrajn li jkunu qed iżuru Betel għall-​ewwel darba u nfakkruhom dwar l-​importanza taʼ li tingħata attenzjoni għall-​ilbies u d-​dehra xierqa.

Għalhekk, meta żżur il-​faċilitajiet tas-​Soċjetà, staqsi lilek innifsek: ‘Huma l-​ilbies u d-​dehra tiegħi modesti?’ (Qabbel Mikea 6:8.) ‘Jirriflettu sew fuq dak Alla li nqim? Se jiġu oħrajn imfixklin jew offiżi bl-​apparenza tiegħi? Qed nagħti eżempju xieraq lil oħrajn li jistgħu jkunu qed iżuru għall-​ewwel darba?’ Jalla dejjem, bl-​ilbies u bid-​dehra tagħna, ‘nagħmlu f’kollox ġieħ lit-​tagħlim taʼ Alla, is-​Salvatur tagħna.’​—Titu 2:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja