LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/08 p. 3
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Ġeħova Jinteressah minn Kif Nilbsu u Nidhru
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Inkunu Modesti fl-Ilbies u d-Dehra
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 3/08 p. 3

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Liema tip taʼ lbies huwa xieraq meta nżuru faċilitajiet li jintużaw għas-​servizz taʼ Ġeħova?

Madwar id-​dinja, Swali tas-​Saltna, Swali taʼ l-​Assembleat, Djar taʼ Betel, u faċilitajiet taʼ l-​uffiċċji tal-​fergħa jispikkaw bħala postijiet dedikati għas-​servizz taʼ Ġeħova. Huma sempliċi, nodfa, u organizzati sew, u b’hekk għandhom dehra dinjituża. Tabilħaqq, dan huwa differenti ħafna minn dak li jeżisti fis-​sistema dinjija taʼ Satana. Għandu jintwera biċ-​ċar li dawk li jżuru postijiet li jintużaw għas-​servizz taʼ Ġeħova huma wħud li jappartjenu lilu u li qed jagħmlu r-​rieda tiegħu.

Bħala Kristjani, aħna “nirrikkmandaw lilna nfusna bħala ministri t’Alla” b’kull mod, inkluż bl-​ilbies u bid-​dehra adattati u modesti tagħna. (2 Kor. 6:3, 4) Ukoll, huwa mistenni minna li nġibu ruħna sew. L-​ilbies u d-​dehra tagħna dejjem għandhom jirriflettu d-​deċenza u d-​dinjità li jixirqu lill-​qaddejja t’Alla Ġeħova. Dan hu minnu speċjalment meta nżuru l-​faċilitajiet tal-​kwartieri ġenerali fi New York kif ukoll l-​uffiċċji tal-​fergħa madwar id-​dinja.

Rigward l-​importanza taʼ l-​ilbies u d-​dehra adattati, il-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova jitkellem dwar il-​bżonn taʼ l-​indafa fiżika, l-​ilbies modest, u d-​dehra pulita meta nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa u meta nattendu l-​laqgħat Kristjani. Imbagħad, f’paġna 138, paragrafu 2, jgħid: “Ftakar li l-​isem Betel ifisser ‘Dar Alla.’ Għalhekk, l-​ilbies, il-​maxta taʼ xagħarna, u l-​imġiba tagħna għandhom ikunu bħal dak li hu mistenni minna meta nattendu l-​laqgħat għall-​qima fis-​Sala tas-​Saltna.” Dan il-​livell għoli għandu jiġi segwit minn pubblikaturi tas-​Saltna lokali li jżuru Betel kif ukoll minn dawk li jiġu minn postijiet iktar imbegħdin. B’dan il-​mod, il-​viżitatur juri apprezzament u rispett xieraq.—Salm 29:2, NW.

L-ilbies tagħna għandu jidentifikana bħala dawk “li jgħidu li jqimu lil Alla.” (1 Tim. 2:10) L-​ilbies u d-​dehra adattati għandhom influwenza pożittiva fuq kif oħrajn iqisu l-​qima vera taʼ Ġeħova. Madankollu, ġie notat li meta jżuru l-​faċilitajiet użati għas-​servizz taʼ Ġeħova, xi aħwa qed jilbsu wisq każwali, traskurat, jew skullat. Ilbies bħal dan qatt m’hu xieraq għall-​Kristjani. F’din il-​ħaġa, bħal fl-​aspetti kollha tal-​ħajja Kristjana tagħna, aħna rridu nżommu mal-​livelli għoljin li jisseparaw lill-​poplu t’Alla mid-​dinja, billi nagħmlu kollox għall-​glorja t’Alla.—Rum. 12:2; 1 Kor. 10:31.

Għalhekk, meta żżur il-​kwartieri ġenerali u l-​uffiċċju tal-​fergħa fl-​istat taʼ New York jew xi uffiċċju tal-​fergħa ieħor, kemm jekk waqt żjara pjanata u kemm jekk waqt xi vaganza f’postijiet turistiċi, staqsi lilek innifsek: ‘Jirriflettu l-​ilbies u d-​dehra tiegħi l-​modestja, l-​indafa, u d-​dinjità tal-​post li se nżur? Se jġibu unur lill-​Alla li jien inqim? Se jkun hemm min iħossu mifxul jew offiż minħabba d-​dehra tiegħi?’ Bl-​ilbies u d-​dehra tagħna, jalla dejjem ‘insebbħu f’kollox it-​tagħlim t’Alla, is-​Salvatur tagħna’!—Titu 2:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja