Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Liema livell fl-ilbies u d-dehra għandna nosservaw meta nżuru d-djar taʼ Betel u xi faċilitajiet tal-fergħa?
Meta nżuru Betel biex induru l-faċilità jew biex inżuru lil xi membri mill-familja taʼ Betel, “l-ilbies, id-dehra u l-kondotta tagħna għandhom ikunu simili għal dak li hu mistenni minna meta nattendu l-laqgħat għall-qima fis-Sala tas-Saltna.” (om 131) Madankollu, ġie notat li xi aħwa, meta jżuru l-uffiċċji tal-fergħa, għandhom it-tendenza li jkunu każwali żżejjed fl-ilbies tagħhom. Dan m’huwiex xieraq meta nkunu qed inżuru dawn il-faċilitajiet. Id-dehra tagħna għandha tkun eżemplari, pulita u modesta, biex tirrifletti d-deċenza u d-dinjità li jixirqu lill-qaddejja t’Alla Jehovah.—1 Tim. 2:9, 10.
Dan hu speċjalment importanti meta nkunu qed inżuru d-djar taʼ Betel u l-faċilitajiet tal-fergħa għaliex dawn jiġbdu l-attenzjoni taʼ ħafna osservaturi li m’humiex Xhieda. Dawn l-osservaturi jistgħu jifformaw opinjoni dwar in-nies t’Alla u l-organizzazzjoni tiegħu skond dak li jaraw. Ikun xieraq li titkellem maʼ studenti tal-Bibbja u m’oħrajn li għandhom mnejn ikunu se jżuru l-post biex tfakkarhom kemm hu importanti li joqogħdu attenti għall-ilbies u d-dehra tagħhom. Il-familja taʼ Betel se tapprezza l-fatt li tkun għamilt dan.
Bħala ministri Kristjani, għandna noqogħdu attenti li d-dehra tagħna ma tfixkilx lil ħaddieħor. (2 Kor. 6:3, 4) Minflok, bl-imġiba xierqa tagħna, jalla dejjem ‘f’kollox nagħmlu ġieħ lit-tagħlim taʼ Alla, is-Salvatur tagħna.’—Titu 2:10.