Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ġunju: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk l-inkwilini jkollhom dawn il-pubblikazzjonijiet, offri browxer addattat li l-kongregazzjoni għandha maħżun. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu? Settembru: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.
◼ Stenbaħ! bl-Urdu minn darba fix-xahar se jibda joħroġ kull tliet xhur, b’seħħ mill-ħarġa t’April-Ġunju 2002.
◼ Għalkemm ħafna pijunieri regulari u pubblikaturi oħrajn taʼ esperjenza l-iktar li jieħdu sehem fil-ministeru hu matul il-ġimgħa, ikun tajjeb li dawn il-pubblikaturi effettivi jerġgħu jirranġaw l-iskeda tagħhom sabiex minn żmien għal żmien jappoġġaw is-servizz taʼ l-għalqa fi tmiem il-ġimgħa. Sagrifiċċju persunali bħal dan min-naħa tagħhom se jiġi apprezzat ħafna minn oħrajn li jixtiequ jitjiebu billi jaħdmu magħhom fil-ministeru.