LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/02 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Lulju
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 6/02 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Ġunju

Għanja 58

15 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo Our Whole Association of Brothers (Il-Fratellanza Kollha Tagħna) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa taʼ l-​24 taʼ Ġunju. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif tiġi preżentata l-​ħarġa taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju. Uri mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “M’iniex interessat fir-​reliġjon.”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġna 9.

10 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Aqra l-​artiklu kollu u l-​iskritturi ċitati. Imbagħad ikkummenta iktar, waqt li tespandi fuq punti oħra fil-​Kaxxa għall-​Mistoqsija f’Il-Ministeru tas-​Saltna taʼ Marzu 1998.

20 min: “Meta Niżirgħu Ħafna Naqilgħu Barkiet Għonja.”a Inkludi xi kummenti bbażati fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Marzu, 1993, paġni 14-15, paragrafi 14-17.

Għanja 220 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Ġunju

Għanja 136

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Il-​Familja Kristjana Tevanġelizza Flimkien. Taħdita mill-​Indokratur li Jippresiedi bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Diċembru 1993, paġna 10, paragrafi 9-12.

20 min: “Kun Kuntent b’Dak li Għandek.”b Enfasizza l-​pedament Skritturali tal-​pariri, filwaqt li taqra u tiddiskuti kemm jistaʼ jkun versi ċitati skond ma jippermetti l-​ħin.

Għanja 197 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Ġunju

Għanja 52

8 min: Avviżi lokali. Koppja miżżewġa li qed taħdem flimkien fil-​ministeru turi kif jintużaw is-​suġġerimenti f’paġna 4 biex jiġu offruti r-​rivisti taʼ l-​1 taʼ Lulju u t-​8 taʼ Lulju. Il-​mara toffri It-​Torri taʼ l-​Għassa, u r-​raġel joffri r-​rivista Stenbaħ!

12 min: Irrakkonta jew uri esperjenzi minn pubblikaturi lokali fl-​għoti taʼ xiehda li ma seħħewx minn dar għal dar jew fit-​toroq. Bħala preparazzjoni għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla, ħeġġeġ lil kulħadd biex isib preżentazzjoni li taqbel maʼ wieħed mill-​browxers li se jiġu offruti f’Lulju u Awissu.—Ara l-​kaxxa “Pubblikazzjonijiet Oħra,” fl-​insert taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2002.

25 min: “Għala Nħobbu lill-​Fratellanza Kollha Tagħna.” Ibda mill-​ewwel b’diskussjoni maʼ l-​udjenza tal-​vidjo Whole Association, filwaqt li tuża l-​mistoqsijiet provduti.

Għanja 95 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Lulju

Għanja 83

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ġunju. Staqsi lill-​pubblikaturi biex jgħidu liema browxer qed jippjanaw li joffru matul Lulju u liema preżentazzjoni se jużaw. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa fi tmiem il-​ġimgħa li jmiss.

15 min: Int Tistaʼ Tkun il-​Ħabib t’Alla! Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Semmi l-​aspetti taʼ dan il-​browxer li jagħmluh għodda tat-​tagħlim tant effettiva biex tgħin lit-​tfal u oħrajn b’edukazzjoni limitata jew li ma tantx jafu jaqraw ħalli jitgħallmu dwar Jehovah. Iddiskuti l-​eżempji taʼ l-​ispjegazzjonijiet sempliċi u raġunati li fih. (Ara lezzjonijiet 2, 8, u 12.) Uri kif l-​istampi jistgħu jintużaw biex tintlaħaq il-​qalb taʼ l-​istudent. Issuġġerixxi modi kif dan il-​browxer jistaʼ jintuża b’mod effettiv. Il-​ġenituri għandhom jistudjawh mat-​tfal żgħar tagħhom. Ħeġġeġ lil kulħadd biex joffrih fil-​ministeru kulmeta jkun xieraq.

15 min: “‘Trid’ Tgħin lil Oħrajn?”c Ħeġġeġ lil kulħadd fil-​kongregazzjoni ħalli jkollu attitudni li jkun dejjem lest biex jgħin.

Għanja 156 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja