LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/98 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal April

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal April
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 6 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 13 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 20 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 27 t’April
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 4/98 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal April

Ġimgħa li Tibda 6 t’April

Għanja 27

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Fakkar lil kulħadd dwar il-​post u l-​ħin għall-​osservanza tal-​Mafkar nhar is-​Sibt, 11 t’April. Aħbarijiet Teokratiċi.

15 min: “Il-​Ministeru Tagħna​—Espressjoni taʼ Mħabba Vera.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi kummenti qosra fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju, 1987, paġni 16-17, paragrafi 3-7.

20 min: “Ir-​Rivisti Jħabbru s-​Saltna.” Anzjan jikkunsidra l-​artiklu maʼ pénil taʼ tliet jew erbaʼ pubblikaturi li huma effettivi f’li jħallu r-​rivisti. Iddiskuti l-​karatteristiċi li jattiraw tal-​ġurnali kurrenti, billi tissuġġerixxi modi kif dawn il-​punti jistgħu jintużaw fil-​preżentazzjonijiet tagħna. Ikkunsidra kif it-​tqassim tar-​rivisti jistaʼ jiżdied fit-​territorju lokali. Billi tuża ħarġiet kurrenti, ipponta lejn artikli li jqajmu interess, bħalma huma dawk li jikkonċernaw problemi soċjali, tal-​familja, jew tal-​komunità. Agħżel żewġ jew tliet preżentazzjonijiet qosra biex issir turija fuqhom. Kull darba qabbad lill-​inkwilin jistaqsi dwar il-​prezz u lill-​pubblikatur isemmi l-​kwistjoni taʼ donazzjonijiet għax-​xogħol madwar id-​dinja.

Għanja 205 u talba taʼ l-​għeluq

Ġimgħa li Tibda 13 t’April

Għanja 90

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Attendu għal-​Laqgħat ‘Wisq Aktar’ Issa.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Skond kemm jippermetti l-​ħin, irrevedi t-​twiddiba misjuba fil-​ktieb Our Ministry, paġni 64-5. Agħti prosit mill-​qalb lil kulmin jattendi għal-​laqgħat regolarment.

Għanja 119 u talba taʼ l-​għeluq

Ġimgħa li Tibda 20 t’April

Għanja 5

10 min: Avviżi lokali. Spjega li m’huwiex tard wisq li wieħed jitfaʼ applikazzjoni biex jagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’Mejju.

10 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan li b’qalb tajba jipponta lejn modi speċifiċi kif jistaʼ jsir titjib lokalment.

25 min: “Jinħtieġu​—Iktar Studji tal-​Bibbja.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza mogħtija mill-​indokratur tas-​servizz. Irrevedi l-​attività lokali taʼ l-​istudji tal-​Bibbja. Agħti prosit fejn il-​kongregazzjoni marret tajjeb. Enfasizza x’jistaʼ jsir iktar f’li jinbdew u jiġu kondotti studji tal-​Bibbja, inklużi l-​istudji tal-​familja. Spjega paragrafu 5 billi tintervista ġenitur li hu tajjeb u regulari f’li jikkonduċi studju tal-​familja. Aqra paragrafu 8, u enfasizza t-​tmien punti mniżżlin. Spjega paragrafu 13 billi tistieden pubblikatur li hu effettiv f’li jikkonduċi studji biex jgħid kif inhu possibbli li tkopri l-​materjal mingħajr dewmien bla bżonn. Inkludi esperjenza magħżula tajjeb li turi kif riżultati tajbin intlaħqu lokalment.

Għanja 109 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 t’April

Għanja 100

12 min: Avviżi lokali. Ħabbar l-​ismijiet taʼ dawk li se jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’Mejju. Fisser l-​arranġamenti addizzjonali li se jsiru lokalment għal-​laqgħat tas-​servizz. Semmi xi suġġerimenti taʼ għajnuna biex jiġu ppreparati preżentazzjonijiet li jinkludu r-​rivisti kurrenti.​—Ara Il-​Ministeru tas-​Saltna t’Ottubru 1996, paġna 8.

15 min: Kif Rgħajja Kristjani Jaqdu Lilek. Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’April, 1996, paġni 18-21.

18 min: Żomm Attitudni Pożittiva Meta Tippriedka f’Territorju li Jinħadem taʼ Spiss. Anzjan jiddiskuti dan il-​bżonn maʼ żewġ jew tliet pubblikaturi li saru skuraġġiti minħabba r-​rispons minimu f’territorju li jinħadem ripetutament. Hu jirrevedi magħhom il-​Watchtower tal-​15 taʼ Lulju, 1988, paġni 16-19, paragrafi 4-14. Jitkellmu b’mod ottimistiku dwar modi kif jistgħu jiġu applikati dawn is-​suġġerimenti lokalment.

Għanja 191 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja