LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/98 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Mejju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Mejju
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Mejju
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 5/98 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Mejju

NOTA: Il-​Ministeru tas-​Saltna se jipprovdi skeda għal-​Laqgħa tas-​Servizz għal kull ġimgħa matul ix-​xhur sajfin. Jekk taħsbu li jkun aħjar li l-​insert jiġi kkunsidrat iktar viċin il-​konvenzjoni tagħkom, tistgħu tirranġaw il-​Laqgħat tas-​Servizz fi qbil maʼ dan. Madankollu, għall-​ewwel laqgħa wara l-​konvenzjoni, jekk jogħġobkom ippjanaw għal reviżjoni taʼ 30 minuta tal-​punti prinċipali tal-​programm. Ir-​reviżjoni taʼ kull ġurnata tal-​programm tal-​konvenzjoni għandha tiġi assenjata bil-​quddiem lil tliet aħwa kwalifikati li jkunu jistgħu jiffokaw fuq punti li jispikkaw. Din ir-​reviżjoni preparata tajjeb se tgħin lill-​kongregazzjoni tiftakar il-​punti fundamentali għal applikazzjoni persunali u għall-​użu fl-​għalqa. Kwalunkwe kummenti mill-​udjenza u esperjenzi rrakkontati għandhom ikunu qosra u jaslu għall-​punt.

Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Mejju

Għanja 10

8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Aħbarijiet Teokratiċi.

15 min: “L-​Ispirtu taʼ Jehovah Qiegħed Magħna.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Meta tkun qed tkopri paragrafu 3, inkludi siltiet xierqa min-​1998 Yearbook.

22 min: “Agħżel Artikli biex Timmira lejn l-​Interessi Speċifiċi tan-​Nies.” Irrevedi l-​punti prinċipali fl-​artiklu. Spjega li ħarġiet iktar qodma li għadhom f’kundizzjoni tajba wkoll jistgħu jiġu offruti b’dan il-​mod. Stieden lill-​pubblikaturi biex jirrakkontaw liema artikli ppreżentaw u kellhom riżultati tajbin. Agħmel turija tal-​preżentazzjoni f’paragrafu 7.

Għanja 212 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Mejju

Għanja 197

8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

12 min: “X’Inhuma l-​Pjanijiet Tiegħek għas-​Sajf?” Anzjan jiddiskuti maʼ żewġ jew tliet pubblikaturi l-​pjanijiet tagħhom għax-​xhur tas-​sajf li ġejjin. Huma jirrevedu l-​arranġamenti biex jattendu għall-​konvenzjoni, iżidu fl-​attività tagħhom tas-​servizz taʼ l-​għalqa, jieħdu vaganza, u jżuru lil ħbiebhom u lil qrabathom. Kollha jaqblu li mhux se jittraskuraw l-​istudju persunali, il-​laqgħat, jew is-​servizz taʼ l-​għalqa u jispjegaw kif se jippjanaw biex iżommu rutina teokratika tajba.

25 min: “Konvenzjonijiet Distrettwali u Internazzjonali ‘Il-​Mod taʼ Ħajja t’Alla’ għall-​1998.” (Paragrafi 1-15) Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafu 10. Enfasizza l-​importanza Skritturali taʼ li noqogħdu attenti li nżommu l-​modestja fid-​dehra u l-​kondotta Kristjani tagħna u li nieħdu ħsieb taʼ wliedna b’mod xieraq.

Għanja 48 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Mejju

Għanja 141

8 min: Avviżi lokali.

15 min: “Għandek Int ‘Xewka f’Ġismek’?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Ikkummenta fuq “Questions From Readers” fil-​Watchtower tal-​15 taʼ Novembru, 1987, paġna 29.

22 min: “Konvenzjonijiet Distrettwali u Internazzjonali ‘Il-​Mod taʼ Ħajja t’Alla’ għall-​1998.” (Paragrafi 16-21) Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafu 16 u l-​iskrittura ċitata. Enfasizza l-​bżonn t’ordni u konsiderazzjoni għal oħrajn, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mas-​siġġijiet. Ikkonkludi b’taħdita qasira billi tirrevedi “Tfakkiriet tal-​Konvenzjoni.”

Għanja 139 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Mejju

Għanja 137

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: Għala Napprezza l-​Laqgħat tal-​Kongregazzjoni. Anzjan jikkonduċi diskussjoni maʼ grupp t’aħwa li jattendu regolarment li jirrappreżentaw setturi differenti fil-​kongregazzjoni, forsi billi jinkludi koppja miżżewġa, persuna anzjana, u adolexxent. Huma jesprimu ruħhom dwar għala jattendu dejjem: sħubija tajba, istruzzjoni divina, u pariri f’lokhom, li jgħinuhom ikampaw mal-​problemi taʼ kuljum u jibqgħu b’saħħithom spiritwalment. Il-​kummenti jenfasizzaw kif ilkoll kemm aħna niġu mberkin bl-​attendenza regulari għal-​laqgħat.

Għanja 222 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja