LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/98 p. 1
  • Kemm Hu Sew Li Nattendu Dejjem!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Hu Sew Li Nattendu Dejjem!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Napprezzaw il-Laqgħat Kristjani
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Tieħu Sehem f’li Tagħmel il-Laqgħat Kristjani Inkuraġġanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 7/98 p. 1

Kemm Hu Sew Li Nattendu Dejjem!

1 Għal snin sħaħ fl-​Ewropa tal-​Lvant, ħafna minn ħutna l-​għeżież kienu pprojbiti milli jiltaqgħu pubblikament. Immaġina x’ferħ ħassew meta tneħħew il-​projbizzjonijiet u setgħu jiltaqgħu flimkien fil-​libertà!

2 Indokratur tas-​circuit kiteb dwar żjara tiegħu lil waħda minn dawn il-​kongregazzjonijiet: “It-​Tlieta fil-​għaxija, eżatt fil-​bidu taż-​żjara tiegħi, is-​sistema li ssaħħan ma baqgħetx taħdem. Barra, it-​temperatura baqgħet friża, u ġewwa, kienet biss madwar 5° C. L-​aħwa qagħdu bil-​qiegħda bil-​kowtijiet, bix-​xalel, bl-​ingwanti, bil-​kapep, u bil-​bwiez tagħhom. Ħadd ma setaʼ jsegwi mill-​Bibbja, ladarba kien impossibbli li tqalleb il-​paġni. Bil-​wieqfa fuq il-​pletform liebes il-​libsa, ħassejtni ffriżat u iebes ġebla, u kull darba li bdejt nitkellem, stajt nara nifsi. Imma li impressjonani kien li ma smajt lanqas kelma waħda taʼ tgergir. L-​aħwa kollha qalu kemm kien pjaċevoli u sew li huma kienu attendew!” Dawk l-​aħwa lanqas biss għaddielhom minn moħħhom li jitilfu dik il-​laqgħa!

3 Hekk inħossuna aħna? Ngħożżu aħna l-​opportunità li niltaqgħu għal-​laqgħat tagħna taʼ kull ġimgħa bil-​libertà? Jew nuru nuqqas t’apprezzament għal-​laqgħat meta ċ-​ċirkustanzi huma favorevoli? Li nattendu għal-​laqgħat regolarment għandu mnejn ma jkunx faċli, u jistaʼ jkun hemm xi drabi meta jkollna raġuni leġittima għala ma nattendux. Iżda, qatt tinsa li hemm dawk fostna li minkejja l-​età avanzata, problemi kbar taʼ saħħa, inkapaċità fiżika, skedi taʼ xogħol iebes, u responsabbiltajiet serji oħrajn jaraw l-​importanza tal-​laqgħat u kważi dejjem jattendu. X’eżempji mill-​aħjar għalina biex nimitawhom!​—Qabbel Luqa 2:37.

4 Ejjew nagħmluha d-​drawwa tagħna li nappoġġjaw il-​qima vera billi nattendu għal-​laqgħat Kristjani tagħna kollha, minn grupp żgħir taʼ l-​istudju tal-​ktieb sa konvenzjoni kbira ħafna. Għala għandna niħduh daqshekk bis-​serjetà li nattendu għal dawn il-​laqgħat? Għaliex hija ordni divina li ninġabru flimkien. Imma hemm raġunijiet importanti oħrajn. Ilkoll kemm aħna għandna bżonn il-​benefiċċji taʼ istruzzjoni divina u l-​għajnuna taʼ l-​ispirtu qaddis, li nirċevuhom fil-​laqgħat. (Mt. 18:20) Ninbnew bi tpartit taʼ inkuraġġiment meta nissieħbu maʼ dawk b’fidi prezzjuża bħal tagħna.​—Lhud 10:​24, 25.

5 Fit-​trasfigurazzjoni, Pietru qal, “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn!” (Lq. 9:33) Għandna nħossuna l-​istess dwar il-​laqgħat Kristjani tagħna kollha. Tabilħaqq, kemm hu sew li nattendu dejjem!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja