REVIŻJONI TAʼ L-ISKOLA TAL-MINISTERU TEOKRATIKU
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mis-7 taʼ Settembru sal-21 taʼ Diċembru, 1998. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex tiġi mwieġba kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Fit-2 Timotju 1:6, “id-don” jirreferi għall-abbiltà li ngħatat lil Timotju permezz tal-ħidma taʼ l-ispirtu qaddis t’Alla biex jitkellem b’lingwi differenti. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT85 8/1 pġ. 16 par. 15.]
2. Kristjan matur ‘jidra jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin’ billi jiħodha drawwa li juża kwalunkwe għarfien li għandu dwar il-Kelma t’Alla. (Lhud 5:14) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT85 9/15 pġ. 11 par. 7.]
3. Għalkemm ix-Xhieda taʼ Jehovah jistgħu jkunu reġistrati mal-gvernijiet bħala assoċjazzjoni reliġjuża, l-awtorizzazzjoni biex jissoktaw fil-qima vera ovvjament ma toriġina minn ebda bniedem jew gvern uman. [jv pġ. 696 par. 1]
4. Il-kittieb Bibliku Ġakbu huwa l-istess Ġakbu li kien il-kelliemi f’isem “l-appostli u l-presbiteri” fiż-żmien li ttieħdet id-deċiżjoni dwar iċ-ċirkonċiżjoni. (Atti 15:6, 13; Ġak. 1:1) [si pġ. 248 pari. 2-3]
5. Għalkemm l-1 Pietru 5:13 jgħid li Pietru kien f’Babilonja meta kiteb l-ewwel ittra tiegħu, l-evidenza tindika li l-isem Babilonja huwa referenza sigrieta għal Ruma. [si pġ. 251 par. 4]
6. Fl-1 Ġwann 2:18, l-espressjoni “jiġi l-antikrist” tirreferi għal individwu wieħed. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara rs pġ. 32 par. 3.]
7. Id-diviżjoni li żviluppat bħala riżultat tas-sentimenti taʼ Pawlu lejn Marku, imsemmija f’Atti 15:36-41, qatt ma tranġat. [it-2 pġ. 320 par. 4]
8. Il-ktieb t’Apokalissi qiegħed fl-aħħar tal-Bibbja għaliex kien l-aħħar ktieb li nkiteb mill-appostlu Ġwanni. [si pġ. 263 par. 1]
9. Apokalissi 13:11-15 jagħti stampa eżatta taʼ kif il-Qawwa Dinjija Anglo-Amerikana saret l-isponser ewlieni u d-donatriċi tal-ħajja kemm għal-Lega tan-Nazzjonijiet u kemm għas-suċċessura tagħha, il-Ġnus Magħquda. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT88 12/15 pġ. 12 par. 3.]
10. Il-kmand biex inħobbu lil xulxin, imniżżel fi Ġwann 13:34, kien “kmandament ġdid” għax kien iktar reċenti mil-Liġi Mosajka. [jv pġ. 711 par. 3]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. X’jiġifieri li indokratur ma jridx ikun “ġellied”? (Titu 1:7) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT90 12/1 pġ. 15 par. 21.]
12. Kif nafu li kemm Lojd u kemm Ewniki għallmu lil Timotju mill-Iskrittura? [it-2 pġ. 262 par. 9]
13. X’ried jgħid biha Ġesù meta qal, “Sagrifiċċju u offerta, int ma ridtx”? (Lhud 10:5) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT96 7/1 pġ. 21 par. 3.]
14. Il-Kristjani kif jistgħu ‘jegħlbu lid-dinja’? (1 Ġw. 5:3, 4) [si pġ. 258 par. 12]
15. L-espressjoni taʼ Pietru li ‘nżommu sewwa f’moħħna l-jum taʼ Jehovah’ x’tinvolvi? (2 Pt. 3:12, NW) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 9/1 pġ. 27 par. 2.]
16. X’inhu inkluż fl-indafa taʼ l-ispirtu, u din kif tgħin biex tipproteġi lill-familja taʼ individwu? (2 Kor. 7:1) [fy-MT pġ. 46 par. 14]
17. Fi qbil m’Apokalissi 1:7, dawk li nifdu lil Ġesù kif se jarawh “ġej fis-sħab”? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT93 8/1 pġ. 14 par. 7.]
18. Kristjani li joqogħdu għassa kif ‘joqogħdu attenti u jishru’? (Lq. 21:34, 36) [jv pġ. 714 par. 4]
19. Dawk li jifformaw l-unika organizzazzjoni Kristjana vera llum, kif jaslu għall-fehma eżatta tal-Kelma t’Alla? [jv pġ. 708 par. 3]
20. Liema ħtiġijiet Skritturali jridu jkunu qed jitwettqu mill-unika organizzazzjoni Kristjana vera fl-aħħar jiem? [jv pġ. 706 par. 3]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Raġel u mara miżżewġin iridu ․․․․․․․․ għal xulxin, billi jżommu f’moħħhom li ․․․․․․․․ hija iktar importanti mill-apparenza esterna. [fy-MT pġ. 26 kaxxa għar-reviżjoni]
22. L-ittra taʼ Pawlu lil-Lhud turi li d-diversi karatteristiċi tal-․․․․․․․․ fformaw mudell magħmul minn Alla li kien jipponta ’l quddiem lejn affarijiet akbar li kellhom jiġu u li kollha laħqu l-quċċata tagħhom fi ․․․․․․․․, it-twettiq tal-Liġi. [si pġ. 247 par. 23]
23. Fit-2 Pietru 1:5-8, l-appostlu Pawlu jirrikkmandalna ․․․․․․․․ biex niżviluppaw kwalitajiet divini li mhux se jippermettulna nkunu jew ․․․․․․․․ jew ․․․․․․․․. [si pġ. 255 par. 9]
24. Meta l-irġiel u n-nisa miżżewġin jikkomunikaw maʼ xulxin, _________________________ u _________________________ huma importanti ferm. [fy-MT pġ. 36 par. 21]
25. Marija omm Ġesù kienet mit-tribù taʼ ․․․․․․․․ u dixxendenta taʼ David; permezz tagħha, Ġesù żamm id-dritt ․․․․․․․․ għat-“tron taʼ David missieru.” (Lq. 1:32) [it-2 pġ. 346 par. 4]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Matul l-ewwel priġunerija taʼ Pawlu f’Ruma, (Onesiforu; Oneżimu; Onan), irsir maħrub mid-dar taʼ (Filippu; Festu; Filemon), kien fost dawk l-uħud li taw widen għall-ippridkar tiegħu. [si pġ. 241 par. 2]
27. Il-kelma (mħabba; rispett; ospitalità) hija ddefinita bħala “li tagħti konsiderazzjoni lil oħrajn, billi tonorahom.” [fy-MT pġ. 30 par. 7]
28. F’Luqa 14:28, Ġesù qed jitkellem dwar (l-ippjanar minn qabel; li ma jkunx hemm ħala taʼ flus; li jiġi evitat is-self taʼ fondi). [fy-MT pġ. 40 par. 4]
29. “L-awtorità taʼ Alla” msemmija f’Ġuda 8 tirreferi (għall-pożizzjoni taʼ Ġesù; għas-sovranità taʼ Jehovah; għal awtorità mogħtija minn Alla fil-kongregazzjoni Kristjana). [si pġ. 263 par. 9]
30. F’Apokalissi 11:11, it-“tlitt ijiem u nofs,” meta l-fdal midluk dehru bħala katavri mejtin f’għajnejn l-għedewwa tagħhom, jirreferu għal (tliet snin u nofs; perijodu qasir taʼ żmien; tliet xhur u nofs). [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara re pġ. 167 par. 21.]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
Prov. 8:30; Mt. 19:13-15; Lhud 2:1; Ġak. 4:15; 1 Pt. 3:4
31. Sabiex nikkumbattu l-influwenza tal-propaganda kontinwa li aħna esposti għaliha minħabba din id-dinja, għandna “nagħtu ħafna aktar kas” tal-Kelma t’Alla permezz taʼ drawwiet tajbin taʼ studju u skeda tajba taʼ qari mill-Bibbja. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT98 1/1 pġ. 18 par. 9.]
32. Kulmeta nagħmlu xi pjanijiet għall-futur, għandna dejjem nikkunsidraw bit-talb b’liema mod huma fi qbil maʼ l-iskop t’Alla. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 12/1 pġ. 18 pari. 10-11.]
33. Il-“qalb ħelwa u twajba” taʼ mara miżżewġa Kristjana u omm mhux biss togħġob lil żewġha imma iktar importanti togħġob lil Alla. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 8/15 pġ. 14 par. 12.]
34. Billi jsegwi l-eżempju taʼ Jehovah, missier tajjeb għandu jistinka biex jikkultiva relazzjoni kordjali taʼ mħabba mat-tifel tiegħu dritt mill-bidu tal-ħajja tat-tifel. [fy-MT pġ. 54 par. 7]
35. Ladarba Ġesù ma kienx parzjali f’li jbierek lit-tfal iż-żgħar, wieħed m’għandux iqis lill-ulied subjien bħala superjuri għall-ulied bniet. [fy-MT pġ. 52 par. 4]