LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/98 p. 1
  • Jistgħu Jaraw li Aħna Differenti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistgħu Jaraw li Aħna Differenti
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Il-​Messaġġ li Għandna Nxandru
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Ġeħova Qed Imexxi l-​Organizzazzjoni Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Il-Kristjani Jqimu fl-Ispirtu u l-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Uri li Int Segwaċi Veru taʼ Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 12/98 p. 1

Jistgħu Jaraw li Aħna Differenti

1 Is-​sena l-​oħra, iktar minn 300,000 uħud ġodda ngħaqdu magħna billi tgħammdu. Dawn in-​nies, x’raw fix-​Xhieda taʼ Jehovah li jġagħalhom ikunu jridu jsiru parti mill-​organizzazzjoni t’Alla? Għala nispikkaw bħala differenti mir-​reliġjonijiet l-​oħrajn kollha? Dawn huma xi tweġibiet ovvji:

—Aħna nimxu eżatt mal-​Bibbja minflok m’opinjonijiet persunali: Inqimu lil Alla Jehovah bl-​“ispirtu u l-​verità,” preċiż bħalma qalilna nagħmlu Ġesù Kristu. Dan kien ifisser li niċħdu l-​falzitajiet reliġjużi u nġibu ruħna fi qbil mal-​Kelma miktuba t’Alla.​—Ġw. 4:​23, 24; 2 Tim. 3:​15-17.

—Aħna mmorru għand in-​nies minflok ma nistennewhom jiġu għandna: Aċċettajna l-​inkarigu li tana Kristu biex nippridkaw u ngħallmu, u nimitaw l-​eżempju tiegħu billi nfittxu lil dawk taʼ qalb onesta. Infittxuhom fi djarhom, fit-​triq, jew kulfejn jistgħu jinstabu.​—Mt. 9:35; 10:11; 28:​19, 20; Atti 10:42.

—Aħna nipprovdu istruzzjoni tal-​Bibbja għal kulħadd mingħajr ħlas: Nużaw ir-​riżorsi u l-​enerġija tagħna bla ħlas, billi niddedikaw iktar minn biljun siegħa kull sena għas-​servizz t’Alla. Mingħajr parzjalità, nistudjaw il-​Bibbja maʼ kull xorta taʼ nies.​—Mt. 10:8; Atti 10:​34, 35; Apk. 22:17.

—Aħna mħarrġin tajjeb biex ngħinu lin-​nies spiritwalment: Permezz taʼ l-​istudju persunali tagħna tal-​Bibbja u taʼ l-​istruzzjoni pprovduta fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, fl-​assembleat, u fil-​konvenzjonijiet, aħna nirċievu edukazzjoni teokratika imprezzabbli u kontinwa, li tagħtina l-​abbiltà li ndawlu lil ħaddieħor spiritwalment.​—Is. 54:13; 2 Tim. 2:​15; 1 Pt. 3:​15.

—Aħna nieħdu l-​verità bis-​serjetà, billi napplikawha fil-​ħajja tagħna taʼ kuljum: Minħabba l-​imħabba tagħna għal Alla, aħna nagħmlu tibdil, billi nġibu ħajjitna fi qbil mar-​rieda tiegħu. Il-​personalità l-​ġdida tagħna bħal taʼ Kristu tiġbed lil oħrajn lejn il-​verità.​—Kol. 3:​9, 10; Ġak. 1:​22, 25; 1 Ġw. 5:3.

—Aħna nistinkaw biex ngħixu u naħdmu m’oħrajn fil-​paċi: L-​ikkultivar taʼ kwalitajiet bħal t’Alla jgħinna ngħassu l-​azzjonijiet u d-​diskors tagħna. Aħna ‘nfittxu s-​sliem u nqisu li niksbuh’ man-​nies kollha.​—1 Pt. 3:​10, 11; Efes. 4:​1-3.

2 L-​eżempji t’għajxien Kristjan li jaraw in-​nies fl-​organizzazzjoni taʼ Jehovah jqanqlu lil bosta biex jaċċettaw il-​verità. Jalla l-​eżempju persunali tagħna jkollu l-​istess effett fuq dawk li jafuna u josservawna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja