Laqgħat tas-Servizz għal Diċembru
Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
15 min: “Irridu Mmorru Darba wara l-Oħra.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Ikkummenta fil-qosor fuq Eżekjel 3:17-19, billi tenfasizza r-responsabbiltà tagħna li nkomplu nsemmgħu l-messaġġ taʼ twissija.
20 min: “Noffru n-New World Translation.” Ħu jiddiskuti l-artiklu maʼ żewġ pubblikaturi kapaċi jew tlieta. Inkludi ftit punti rilevanti mill-ktieb “All Scripture,” paġni 327-31. Uri kif l-offerta għal Diċembru tistaʼ tiġi ppreżentata u kif jistaʼ jissemma l-arranġament tad-donazzjoni.
Għanja 176 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Agħti suġġerimenti dwar kif inwieġbu bit-tattika għal tislimiet konnessi maʼ festi dinjin. Jekk il-kongregazzjoni għandha kopji tal-kotba L-Aqwa Bniedem jew Great Teacher maħżunin, uri kif jistgħu jintużaw effettivament fil-ministeru matul il-vaganzi tal-Milied. Iddiskuti fuq fuq l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-25 taʼ Diċembru u l-1 taʼ Jannar.
15 min: “Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem—Dak li Jikkonduċi l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa.” Taħdita minn dak li jikkonduċi l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa. Hu jispjega r-responsabbiltajiet tiegħu u kif kulħadd fl-attendenza jistaʼ jgħin biex jagħmel l-istudju vivaċi, informattiv, u edifikanti spiritwalment.—Ara l-ktieb Our Ministry, paġna 67.
20 min: “Jistgħu Jaraw li Aħna Differenti.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi fil-qosor kull karatteristika li tagħmilna uniċi. Spjega kif din l-informazzjoni tistaʼ tintuża biex nidderieġu lil uħud interessati lejn l-organizzazzjoni u nuruhom kif il-verità tipproduċi kwalitajiet Kristjani f’dawk li jgħixu fi qbil magħha.
Għanja 146 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Diċembru
8 min: Avviżi lokali. Jekk il-kongregazzjoni tiegħek se tbiddel il-ħinijiet tal-laqgħat għas-sena l-ġdida, agħti inkuraġġiment b’qalb tajba billi tħeġġeġ lil kulħadd biex jibqaʼ jattendi regolarment mal-kongregazzjoni fil-ħinijiet ġodda tagħha. Fakkar lill-pubblikaturi biex jinformaw lill-istudenti tal-Bibbja u lil uħud interessati oħrajn dwar kwalunkwe tibdil. Inkuraġġixxi lill-pubblikaturi kollha biex ifaddlu l-kopji persunali tagħhom taʼ Il-Ministeru tas-Saltna, speċjalment l-inserts. X’aktarx se nirreferu għalihom fil-futur.
12 min: Bżonnijiet lokali.
25 min: “Ibni Ħajtek Madwar is-Servizz taʼ Jehovah.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Intervista lil individwu mhux miżżewweġ u lil kap taʼ familja li rnexxielhom iżommu skeda konsistenti u regulari fil-ministeru taʼ l-għalqa kull ġimgħa. Qabbadhom jgħidu liema organizzazzjoni persunali tinħtieġ sabiex tingħata prijorità lill-interessi spiritwali.
Għanja 119 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapporti tas-servizz għal Diċembru. Offri suġġerimenti dwar kif jiġi wżat Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja fil-ministeru taʼ l-għalqa matul Jannar.
10 min: “Ibbenefika mill-Programm taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-1999.” Taħdita mill-indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. Ħejji lil xi pubblikaturi biex jgħidu dwar il-benefiċċji li akkwistaw milli żammew maʼ “Skeda Supplimentarja għall-Qari tal-Bibbja” kull ġimgħa. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jaqra l-Kelma t’Alla kuljum.
25 min: Agħti taħdita dwar l-artiklu “Kun Ċert li Tpoġġi l-Affarijiet l-Iktar Importanti l-Ewwel!” mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Settembru, 1998, paġni 19-21. Intervista lil żewġ pubblikaturi jew tlieta, inkluż lil xi ħadd żagħżugħ, li jgħidu kif għamlu l-attendenza għal-laqgħat il-prijorità f’ħajjithom u kif ibbenefikaw.
Għanja 195 u talba taʼ l-għeluq.