Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Diċembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem flimkien man-New World Translation. Jannar: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja jew kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna ppubblikat qabel l-1985 li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Frar: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-dar.
◼ Peress li x-xahar taʼ Diċembru fih għadd taʼ Btajjel Pubbliċi, ikun tajjeb li l-kongregazzjonijiet jagħmlu arranġamenti speċjali tas-servizz taʼ l-għalqa għal dawn il-ġranet, billi jutilizzaw il-browxer “Alla X’Jirrikjedi Minna?” jew l-offerta tar-rivisti kurrenti.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-1998 mat-talba tagħhom tal-letteratura għal Diċembru. Il-volumi llegati se jkunu disponibbli biċ-Ċiniż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Korean, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bir-Russu u bit-Taljan. Sakemm il-volumi llegati jsiru disponibbli u jsiru l-konsenji, dawn se jidhru bħala “Pending” fil-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-volumi llegati huma oġġetti li jinkisbu b’rikjesta speċjali.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Diċembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jinqara r-rapport li jmiss tal-kontijiet.
◼ Il-Mafkar għas-sena 2000 se jkun nhar l-Erbgħa, 19 t’April, wara nżul ix-xemx. Dan l-avviż bil-quddiem qiegħed jingħata sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. L-anzjani għandu jkollhom ftehim mal-maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-bini sabiex l-osservanza tal-Mafkar tkun tistaʼ ssir b’manjiera paċifika u bl-ordni. Minħabba l-importanza taʼ l-okkażjoni, meta jaħtru kelliemi għall-Mafkar, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandhom jagħżlu wieħed mill-iktar anzjani kkwalifikati minflok ma jagħżlu lil min imissu jew jużaw lill-istess ħu kull sena. Issir eċċezzjoni jekk hemm anzjan kapaċi mill-midlukin li jistaʼ jagħti t-taħdita.
◼ Qed jitħejja browxer intitolat The Guidance of God—Our Way to Paradise biex joħroġ dalwaqt. Dan il-browxer huwa ddisinjat biex jappella għall-Musulmani li jkunu telqu minn pajjiżhom u li jgħixu f’ambjent fejn għandhom mnejn iħossuhom liberi li jistudjaw il-Bibbja. Dan il-browxer qed jintgħamel disponibbli f’iżjed minn 20 lingwa. S’issa jistgħu jsiru rikjesti għall-edizzjoni taʼ l-Ingliż biss. Se jsir avviż meta jkunu disponibbli edizzjonijiet b’lingwi oħrajn.
◼ B’ħames Sibtijiet u Ħdud, ix-xahar taʼ Jannar huwa żmien tajjeb għal ħafna wħud biex jagħmlu x-xogħol taʼ pijunier awżiljarju.