Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Frar: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-dar. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Ara li jkollok il-browxer X’Jirrikjedi disponibbli għal nies li juru interess, u stinka biex tibda studji tal-Bibbja fid-dar.
◼ B’seħħ mill-ġimgħa li tibda mit-22 taʼ Marzu, 1999, se nikkunsidraw il-ktieb L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru tas-Saltna fiha l-iskeda sħiħa taʼ l-istudju. Jistaʼ jkun komdu li tagħmel fotokopja tagħha u tħalliha fil-kopja persunali tiegħek tal-ktieb biex issibha malajr. F’paragrafu 5 taʼ “Studying The Greatest Man Who Ever Lived,” fl-ewwel paġna taʼ l-Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1992, hemm spjegazzjoni rigward id-direzzjoni taʼ kif se nikkunsidraw l-introduzzjoni tal-ktieb.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrevedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat, l-anzjani għandhom jiftiehmu biex jagħtuhom l-għajnuna. Għal suġġerimenti, irrevedu l-ittri annwali tas-Soċjetà S-201 taʼ l-1 t’Ottubru. Araw ukoll paragrafi 12-20 taʼ l-insert taʼ l-Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986.
◼ Meta nqisu li l-ħtieġa tas-sigħat kemm għall-pijunieri regulari u kemm għall-pijunieri awżiljarji naqset, ninkuraġġixxu lil kulħadd jikkunsidra bit-talb jekk jistax ikun pijunier f’din ir-rebbiegħa. B’temp iktar sħun u bi ġranet itwal, Marzu, April, u Mejju huma xhur ideali biex inżidu s-sehem tagħna fil-ministeru. Ir-rapport taʼ Marzu 1997 wera total taʼ 68 pijunier awżiljarju għal dak ix-xahar. Nistgħu nerġgħu nilħqu dak in-numru jew intejbuh f’Marzu li ġej? Kemm hu mod aħjar kif nuru l-apprezzament tagħna matul l-istaġun tal-Mafkar li ġej!